avvizi parrocca

Avviżi – 07.07.2024

Avviżi – 07.07.2024  –  L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 09/07:
    • Fis-7:30pm – Laqgħa għall-fratelli bi tħejjija għall-festa fiċ-Ċentru Parrokkjali
  2. Il-Ħamis 11/07:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ħadd 14/07:
    • Il-ġabra fil-quddies tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
  4. Avviżi oħra:
    • F’dawn il-jiem se tirċievu fid-djar fuljett b’informazzjoni utli mill-parroċċa. Tajjeb nieħdu nota tat-tagħrif li se jitwasslilna. Mezz ieħor ta’ informazzjoni għalikom hi l-paġna tal-facebook tal-parroċċa, fejn ikun hemm ukoll l-avviżi ta’ kull ġimgħa.
    • It-Tlieta 16/07, se norganizzaw ħarpa ta’ ġurnata Għawdex. Tluq fis-7.00am u jkollna quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Lura mal-vapur tas-6.00pm. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
    • It-Tnejn 22/07, niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija Maddalena – Fis-7.30pm – quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lilha fuq l-irdum u wara attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel jinsabu għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa.
    • Issa li bil-mod il-mod qed toqrob il-festa, xtaqt ninfurmakom bil-quddiem b’xi inizjattivi:
      • L-Erbgħa 31/07 ser ikollna l-Mixja tal-Festa li din is-sena ser tkun lejn il-kappella tal-Vitorja, fl-Imtaħleb;
      • Il-Ħamis 15/08 se norganizzaw il-Pellegrinaġġ bil-muturi li jitlaq fl-09:45am mill-Imġarr u jintemm f’Ħad-Dingli. Din is-sena bħala ġest ta’ solidarjetà se ngħinu l-ħidma ta’ Puttinu Cares, kemm f’dan il-pellegrinaġġ kif ukoll f’ġabra li se ssir fil-Knisja. Aktar dettalji ‘l quddiem.
      • Għandna l-ħsieb ukoll li fl-aħħar parti tal-purċissjoni nhar il-festa ta Santa Marija nistiednu lit-tfal tar-raħal biex jakkumpanjaw lill-banda bil-kant ta’ innijiet Marjani. Tfal minn 7 snin ‘il fuq huma mistiedna jieħdu sehem. Dettalji dwar l-ewwel rehearsal se jingħataw fl-avviżi tal-ġimgħa d-dieħla.
    • Fetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet offruti minn Ottubru mill-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Dettalji mis-siti elettroniċi ta’ dawn l-entitajiet.
    • Fost diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-Knisja, nhar il-Ġimgħa beda x-xogħol ta’ manutenzjoni u żebgħa tal-bibien tal-Knisja. Dawn ser isiru mill-ħaddiema tax-Xogħlijiet Pubbliċi wara ftehim li kien sar sentejn ilu bejn il-parroċċa u dan id-dipartiment. Beda wkoll ix-xogħol għall-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl bħan-niċċa ta’ Santa Marija u tal-Madonna tar-Rużarju.
    • Fadal l-aħħar tliet postijiet għall-Ġita għal Lourdes, bejn is-Sibt 31/08 u l-Erbgħa 4/09. Min hu mħajjar, jinforma lill-Arċipriet minnufih. Barraminhekk, dawk kollha li ħallsu d-depożitu, qed jintalbu biex matul din il-ġimgħa jmorru l-Uffiċċju Parrokkjali ħalli jagħmlu l-pagament sħiħ.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.