avvizi parrocca

Avviżi – 14.07.2024

Avviżi – 14.07.2024  –  Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 16/07:
    • Ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Tluq tat-trasport fis-7.00a.m. minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising sal-lum.
  2. Il-Ħamis 18/07:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
  3. It-Tnejn 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena:
    • Fis-7.30pm – Quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lilha fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija. Il-biljetti għall-ikel huma għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa. (Il-quddiesa tas-6:30pm fil-Knisja Arċipretali ma ssirx.)
  4. Avviżi oħra:
    • L-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq fil-jiem li ġejjin u jerġa’ jiftaħ nhar it-Tlieta 23/07.
    • Mill-Ġimgħa 19/07 sal-Ħadd 21/07 ser tkun qed issir il-Maratona tal-Volleyball fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq il-ħidma tal-istess dar.
    • Il-Ġimgħa 26/07: Fit-8.00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attivita’ tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
    • Il-Mixja tal-Festa ser issir fl-aħħar ġurnata ta’ dan ix-xahar, l-Erbgħa 31/07 u se tkun għall-Imtaħleb. Min hu interessat jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija.
    • Infakkar li għandna l-ħsieb ukoll li għall-aħħar parti tal-purċissjoni nhar il-festa ta’ Santa Marija nistiednu lit-tfal jakkumpanjaw lill-banda bil-kant ta’ Innijiet Marjani. Għaldaqstant qed nagħmlu sejħa lit-tfal minn 7 snin ’il fuq biex jieħdu sehem f’din l-inizjattiva. L-ewwel rehearsal ser isir nhar it-Tlieta li ġej (16/07) fiċ-Ċentru Parrokkjali fil-5.30pm.
    • Il-Kumitat Festa Esterna beda l-ġbir bieb bieb tal-envelope bl-offerta tagħna għall-festa ta’ barra. Dettalji tal-ispejjeż u aktar informazzjoni fil-fuljett li tqassam fi djarkom u li miegħu hemm l-envelope. Inħeġġiġkom tikkooperaw u tkunu ġenerużi.
  5. Avviżi relatati mal-manutenzjoni:
    • Fl-aħħar xahar ingħatat dawra tajba lill-faċċata tad-Dar Parrokkjali, u issa jonqos jinżebgħu xi aperturi tagħha. Inżebgħu wkoll l-arbli ta’ fuq il-bejt tal-knisja u qed induru l-arem ta’ fuq il-bieb prinċipali tal-knisja u tad-dar parrokkjali.
    • Qed ikomplu jinbidlu l-bozoz fissi li għandna mal-faċċata tal-knisja ma’ oħrajn ġodda led, li huma fuq stil tradizzjonali u ħafna aktar effiċjenti fil-konsum tal-enerġija. Wara li s-sena l-oħra nbidlu l-bozoz tal-frontispizju, din is-sena qed jinbidlu dawk tal-gallarija u mal-bibien tal-faċċata.
    • Dan kollu sar grazzi għal diversi kontribuzzjonijiet finanzjarji li tagħtu biex stajna nħallsu għal servizzi u materjal, kif ukoll grazzi għal ħidma volontarja tant importanti ta’ diversi persuni mill-parroċċa biex sar dan ix-xogħol u ġew frankati ħafna spejjeż.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 640 mill-ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja; u
    • € 155 f’donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.