avvizi parrocca

Avviżi – 21.07.2024

Avviżi – 21.07.2024  –  Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tnejn 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena:
    • Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lill-Maddalena, fuq l-irdum. Wara jkollna attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel huma għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa. (It-Tnejn filgħaxija ma jkollniex il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali.)
  2. Il-Ħamis 25/07:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 26/07:
    • Fit-8.00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attivita’ tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
  4. Avviżi oħra:
    • Infakkru li fi tmiem din il-ġimgħa qed issir il-Maratona tal-Volleyball fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq il-ħidma tal-istess dar.
    • Mill-ġimgħa d-dieħla ħdejn il-bibien tal-knisja ser ikun hemm kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn fi żmien il-festa.
    • Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqogħdu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom biex bħala parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija, inkunu nistgħu nikkuntattjawhom u possibilment inżuruhom.
    • Erba’ ġimgħat oħra niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija. Ġranet li tajjeb nieħdu nota tagħhom biex nattendu huma:
      • L-Erbgħa 31/07 ser issir il-Mixja tal-Festa, din is-sena minn ħdejn il-knisja tagħna sal-kappella tal-Vitorja, l-Imtaħleb. Min jixtieq jiġi jista’ jinkiteb fis-sagristija;
      • Il-Ġimgħa 2/08 nibdew il-kwindiċina tal-festa b’nofs ta’ nhar adorazzjoni fil-Knisja filgħodu. Ftit qabel is-6.00pm nistiednu t-tfal jiġu bir-roti ħdejn il-Knisja biex nitilqu f’pellegrinaġġ għal ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius biex hemmhekk nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tat-6.30 p.m.
      • Is-Sibt 3/08, qed nistiednu lid-Dinglin kollha ningħaqdu ma’ Marija Assunta għal quddiesa fis-6.30pm li se tiġi ċċelebrata fil-knisja u wara nilqgħu l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier. Dakinhar issir quddiesa waħda filgħaxija. Wara nistednukom nibqgħu flimkien għall-Ikla tal-Festa, fil-pjazza ħdejn il-Knisja.
      • Il-Ħamis 15/08 filgħodu ser isir il-Pellegrinaġġ tal-Muturi. Fid-9.30 a.m. min għandu mutur mistieden ikun fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr biex fl-9.45 a.m. jitilqu lejn Ħad-Dingli.
    • Nixtiequ nwasslu wkoll stedina għall-festa lil persuni ta’ nazzjonalità barranija li jgħixu fostna. Jekk tafu jew tgħixu qrib dawn il-persuni, nistednukom tieħdu stedina li għandna għalihom minn fuq il-mejda tal-offerti u twassluhielhom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.