avvizi parrocca

Avviżi – 28.07.2024

Avviżi – 28.07.2024  –  Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Erbgħa 31/07:
    • Fis-7.00 p.m. nagħtu bidu għall-Mixja tal-Festa. Nitilqu minn ħdejn il-Knisja Arċipretali u se nimxu qalb il-kampanja sal-kappella tal-Vitorja, fl-Imtaħleb. Wara jkollna trasport lura lejn Ħad-Dingli. Inħeġġukom tattendu, b’dawk li ġejjin għandhom jinkitbu fis-sagristija.
  2. Il-Ġimgħa 02/08 – Nagħtu bidu għall-Kwindiċina tal-festa.
    • Filgħodu – Isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Mit-8.00am sa 12.00pm ikollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal ħin ta’ talb fil-knisja. Fit-8.30am ikollna servizz ta’ qrar u fid-9.00 ser ikollna siegħa adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech.
    • Filgħaxija qed nistiednu lit-tfal biex fis-5.45 pm jiġu bir-rota ħdejn il-Knisja biex fis-6.00 jitilqu f’pellegrinaġġ bir-roti sa ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Il-quddiesa tas-6.30 pm dakinhar se tiġi ċċelebrata hemmhekk u wara t-tfal ikomplu bil-Ġirja tal-Festa bir-roti sa Misraħ il-Mafkar.
  3. Is-Sibt 03/08:
    • Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa li tibda fis-6.30 p.m. Dakinhar tkun ħaġa sabiħa li ninġabru bħala komunita’ parrokkjali madwar Ommna Marija għal din il-quddiesa u wara nilqgħu lill-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier.
    • Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni, il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Bar-B-Q u tombla fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Booking sal-Ħamis li ġej fis-sagristija jew kif spjegat fil-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
  4. Il-Ħadd 04/08:
    • Il-ġbir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.
    • Għall-quddiesa tad-9.30am qed nistiednu b’mod speċjali lil dawk fir-raħal tagħna li jipprattikaw xi sport kif ukoll dawk li jsegwu l-isport. Inħeġġu wkoll lit-tfal jattendu u jiġu lebsin bil-gear tat-tim favorit tagħhom tal-futbol jew sport ieħor.
  5. Avviżi oħra:
    • Fejn il-bibien tal-knisja tqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
    • Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom biex bħala Parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija, inkunu nistgħu nikkuntattjawhom u possibilment inżuruhom.
    • Jekk tafu b’persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jgħixu fostna, napprezzaw twasslulhom stedina li tista’ tinġabar minn fuq il-mejda tal-offerti.
    • Nhar l-Erbgħa 07/08, ser ikollna ħarġa għal Kemmuna. Tluq minn Ħad-Dingli fit-8.00am. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
    • Is-Sibt 10/08, fid-9:30am ser issir il-quddiesa tal-anzjani marbuta mal-festa ta’ Santa Marija. Jekk hawn xi anzjani li jixtiequ jattendu tajjeb li jinkitbu mill-aktar fis id-Day Centre li f’isem il-Kunsill Lokali qed jikkoordina l-arranġamenti għat-trasport, anke ta’ min hu fil-wheelchair.
    • Matul is-sena li ġejja, inżommu fit-talb tagħna lis-seminarista Daniel Abela li ser ikun qed jagħmel dik magħrufa bħala “is-sena barra” f’nofs il-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju. Mill-ġimgħa d-dieħla, Daniel ser ikun qed jagħmel sena esperjenza f’pajjiżi fl-Asja. Nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.