avvizi parrocca

Avviżi – 01.09.2024

Avviżi – 01.09.2024  –  It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Ix-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru, meta tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk, hu ddedikat lil aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. Għalhekk tajjeb li nieħdu sehem f’diversi inizzjativi – fuq livell personali u fuq dak soċjali – li jqajmu aktar kuxjenza dwar dan.
  2. Il-Bank tad-Demm qed jappella għall-għotjiet tad-demm. Illum (01/09) mit-8.30am sas-1.00pm nistgħu nkunu ta’ għajnuna billi nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li se tkun is-Saqqajja, ir-Rabat. Meħtieġa l-karta tal-identita’.
  3. Il-Ħamis 05/09:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni fil-knisja.
  4. Il-Ġimgħa 06/09 tkun l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom u fis-5.45 p.m. ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  5. Il-Ħadd 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Marija Bambina.
    • Filgħaxija ser norganizzaw ħarġa għall-festa tal-Vitorja fi-Mellieħa. It-trasport jitlaq fis-6:00pm minn ħdejn l-għassa. Min hu interessat jiġi għandu jinkiteb fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
  6. It-Tnejn 09/09:
    • Fl-10.00am – Radju Marija ser jorganizza quddiesa fil-Knisja Arċipretali tagħna, u wara pellegrinaġġ għaċ-Ċimitejru fejn jinsabu mistrieħa l-fdalijiet taż-żagħżugħ Rabti, Gilbert Simiana. Imexxi Fr Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Min jixtieq jista’ jattendi.
  7. Il-Ġimgħa 13/09:
    • Fis-7.15pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla u ikel Malti, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.
  8. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ser isir il-ftuħ tas-sena tad-duttrina tat-tfal li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa tagħna. Ġenituri li għandhom uliedhom li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2025), għandhom jibdew jitkellmu mas-Superjuri u jiċċekjaw il-paġni tal-facebook tal-M.U.S.E.U.M. għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ uliedhom.
  9. Żgħażagħ li qegħdin jistudjaw jew jixtiequ jistudjaw biex ikunu mexxejja fil-qasam soċjali jistgħu jieħdu sehem f’esperjenzi ta’ volontarjat li d-Djakonija tal-Knisja f’Malta toffri. Aktar dettalji mingħand l-Arċipriet jew is-sit elettroniku loop.mt
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 1,690 f’donazzjonijiet b’risq il-gandlieri l-ġodda;
    • € 15 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.