Avviżi – 04.08.2024 – It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 04/08:
- Il-quddiesa tad-9.30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport.
- It-Tnejn 05/08:
- Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija.
- It-Tlieta 06/08:
- Fil-quddiesa ta’ filgħaxija se nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari mħeġġa jattendu.
- L-Erbgħa 07/08:
- Ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Trasport jitlaq minn ħdejn l-għassa fit-8.00 a.m. Kitba għand il-membri tal-fund-raising sat-Tlieta f’nofsinhar.
- Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun animata mil-Leġjun ta’ Marija u fit-8.00pm nistiednu lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ jinġabru fil-Knisja għal quddiesa fl-okkażjoni tal-festa. Wara se tiġi organizzata attivita’ soċjali għalihom fl-Oratorju Salesjan.
- Il-Ħamis 08/08:
- Fil-5.30pm nistiednu lit-tfal jinġabru f’Misraħ Frenċ Abela minn fejn jimxu f’korteo wara statwa ta’ Santa Marija. Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal kollha fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Wara l-quddiesa, attivita’ rikreattiva b’sorpriża għat-tfal li jattendu.
- Il-Ġimgħa 09/08
- Fil-quddiesa ta’ filgħaxija ssir il-vestizzjoni ta’ abbatini ġodda.
- Is-Sibt 10/08
- Fid-9.30am – quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Anzjani li jixtiequ jattendu u għandhom bżonn trasport għandhom jinkitbu mill-aktar fis id-Day Centre li f’isem il-Kunsill Lokali qed jikkoordina l-arranġamenti għat-trasport, anke ta’ min hu fil-wheelchair.
- Il-Ħadd 11/08:
- Ikollna żewġ inizjattivi ta’ solidarjetà li se nieħdu fi żmien il-festa:
- L-ewwelnett, il-ġbir li jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġej ser ikun l-għotja ta’ karita’ tal-parroċċa għal żmien il-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Puttinu Cares.
- Mit-8.30am sas-1.00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Il-Karta tal-identità meħtieġa.
- Għall-quddiesa tad-9.30 a.m. qed nistiednu lill-emigranti Dinglin li jinsabu fostna u l-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jgħixu Ħad-Dingli. Jekk tafu xi barranin li jgħixu fostna nistednukom tagħtuhom stedina li tistgħu tiġbru minn fuq il-mejda tal-offerti.
- Ikollna żewġ inizjattivi ta’ solidarjetà li se nieħdu fi żmien il-festa:
- Avviżi oħra:
- Il-programmi tal-festa qed jitqassmu f’kull dar. Inħeġġukom taqraw l-artikli, issegwu l-programm u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet organizzati. Min-nhar it-Tlieta, il-kolletturi tal-parroċċa se jduru d-djar jiġbru l-offerta għall-festa ta’ ġewwa fl-envelope li tqassam mal-programm. Min ma jkunx id-dar, jista’ jħalli l-envelope il-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
- L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija. L-offerti ser imorru għax-xiri tal-fjuri għal madwar l-istatwa u l-knisja u għal spejjeż oħra relatati mal-festa fil-knisja.
- Sal-Ħadd li ġej, 11/08 ħdejn il-bibien tal-knisja ser ikun hemm kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
- It-Tnejn 12/08 filgħaxija ssir il-majjalata għall-briju tal-marċ tal-festa. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ fosthom mis-sagristija.
- Il-Ħamis 15/08 – Isir il-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. Is-sewwieqa tal-muturi jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Imġarr fid-9.15 a.m. biex fl-9.45 a.m. jitlaq il-pellegrinaġġ.
- Minn fuq iz-zuntier tal-knisja għandna għall-bejgħ pavaljuni u banners għall-gallariji, xbieha ta’ Santa Marija fuq it-tila u biljetti tal-lotterija tal-festa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu €50 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-Knisja.
Ikkummenta