avvizi parrocca

Avviżi – 11.08.2024

Avviżi – 11.08.2024  –  Id-19-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 11/08:
    • Aħna mistiedna nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm bejn it-8.30am u s-1.00pm. L-għoti tad-demm ser isir fid-Day Centre tal-Anzjani. Meħtieġa l-karta tal-identità.
    • Għall-quddiesa tad-9.30am mistiedna speċjali l-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jgħixu Ħad-Dingli u l-emigranti Dinglin li jinsabu fostna.
  2. It-Tnejn, 12/08:
    • Fil-quddiesa tas-6.30pm jiġu ppreżentati lil Santa Marija t-trabi li twieldu fl-aħħar sena. Mistiedna wkoll il-koppji li qed jistennew tarbija.
  3. It-Tlieta, 13/08:
    • Mit-8.00am ‘il quddiem jsir il-ħasil tal-knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ kull min jista’ għal din il-biċċa xogħol tant meħtieġa.
    • Fis-6.30 p.m. quddiesa li matulha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna speċjali dawk kollha li jagħtu servizz jew jagħmlu xogħol volontarju fil-parroċċa. Fi tmiem, tiġi ppreżentata s-sommma li se nkunu ġbarna fi tmiem din il-ġimgħa għal Puttinu Cares.
  4. L-Erbgħa 14/08:
    • Fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar u l-quddiesa tas-6.30pm tkun tal-Vġili tas-Solennita’ ta’ Santa Marija u tal-Ewwel Jum tat-Tridu. Din is-sena, il-ħsibijiet fil-quddiesa ewlenija tat-tliet ijiem tat-tridu tal-festa tagħna ser isiru minn Patri Ivan Attard, Dumnikan.
  5. Il-Ħamis 15/08: L-Għid tal-Assunta
    • F’din is-solennità għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddiesa u għalhekk il-ħinijiet tal-quddiesa ser ikunu bħal tal-Ħadd, ħlief tad-9.30am li se tibda kwarta qabel, fid-9.15am. F’din il-quddiesa se nfakkru l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp tan-Nisa Magnificat. Inħeġġu b’mod speċjali lill-membri ta’ dan il-grupp biex jattendu.
    • Nhar il-Ħamis ukoll qed nistiednu ‘l min għandu mutur biex jieħu sehem fil-pellegrinaġġ tal-muturi li jitlaq minn fuq iz-zuntier tal-Imġarr fl-09.45am u jasal ħdejn il-knisja ta’ Ħad-Dingli ftit qabel il-11.00 fejn isir it-tberik tas-sewwieqa.
  6. Il-Ġimgħa 16/08:
    • Fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar u fil-quddiesa tas-6.30 se nitolbu għall-familji tagħna. Mistiedna speċjali l-koppji li din is-sena għalqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u ‘l dawk li żżewġu fl-aħħar sena.
  7. Is-Sibt 17/08: Lejlet il-Festa
    • Il-quddiesa tas-7.30am, tibda fit-8:00am, u fiha jitkanta t-Te Deum f’għeluq l-Kwindiċina. Is-Sibt ser ikollna servizz ta’ qrar fit-8.30am u fil-5.30pm. Filgħaxija jkollna quddiesa waħda li tibda fis-7.00, peress li fis-6.00 tibda t-translazzjoni solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien sal-knisja fejn ikollna l-kant tal-ewwel għasar. Il-quddiesa ta’ filgħaxija se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Joseph Galea Curmi.
  8. Il-Ħadd 18/08: Jum il-Festa
    • Qed nagħmlu stedina speċjali lil kulħadd biex fil-festa nieħdu sehem fil-quddiesa solenni li tibda fid-9.15am. Se jmexxi Monsinjur Vinċenz Cachia li kien Kappillan ta’ Ħad-Dingli u din is-sena qed jiċċelebra l-50 sena tiegħu bħala saċerdot. Se jinseġ il-paniġierku l-Kan. Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija.
    • Filgħaxija, għas-6.45 ninġabru barra l-Knisja biex nilqgħu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-ħruġ tal-purċissjoni. Id-dħul lura fil-Knisja jsir għall-10.15.
  9. Avviżi oħra:
    • Inħeġġukom issegwu l-programm tal-festa li tqassam fi djarkom u l-paġna ta’ facebook tal-parroċċa fejn issibu d-dettalji kollha, kemm tal-festa ta’ ġewwa kif ukoll taċ-ċelebrazzjonijiet fuq barra.
    • Napprezzaw l-għajnuna finanzjarja ta’ kulħadd biex inkopru l-ispejjeż tal-festa. Għalhekk inħeġġukom li ġġibu l-envelope bl-offerta għall-festa ta’ ġewwa li tqassam mal-programm u tħalluh waqt il-ġbir fil-knisja jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
    • L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija; dawn imorru għall-ispejjeż tal-fjuri ħdejn l-istatwa u fil-knisja.
    • Minn fuq iz-zuntier tal-knisja għandna għall-bejgħ pavaljuni u banners għall-gallariji u xbieha ta’ Santa Marija fuq it-tila.
  10. Nitolbu għal Charles D’Anastasi li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.