avvizi parrocca

Avviżi – 18.08.2024

Avviżi – 18.08.2024 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija

  1. L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA.   Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum f’dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u fl-isptarijiet, u fl-emigranti.  Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom.
  2. Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 am u se titmexxa mill-eks Kappillan ta’ Ħad-Dingli, Mons. Vinċenz Cachia. Jixraq li nieħdu sehem flimkien f’din iċ-ċelebrazzjoni bħala komunita’ parrokkjali.  Il-quddiesa li soltu tkun fil-11.00, tibda fil-11.15.
  3. Infakkrukom fl-importanza li ma nipparkjawx vetturi fit-toroq li minnhom tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija.  Napprezzaw twasslu dan l-appell ukoll lill-qraba tagħkom.
  4. Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija toħroġ fis-7.00 p.m.  Għall-ħabta tal-10.00 p.m. imbagħad nerġgħu niltaqgħu quddiem il-knisja għad-dħul tal-purċissjoni u l-kant tal-Innu l-Kbir.  Wara, inħeġġiġkom biex inkunu flimkien fil-Knisja biex nirċievu l-Barka Sagramentali.
  5. Il-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-6.00 a.m. ma ssirx u l-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
  6. Mit-tmiem tal-festa, il-Ħadd filgħaxija stess, u nhar it-Tlieta u l-Erbgħa jkollna bżonn ħafna għajnuna kemm fiż-żarmar fil-knisja u fuq barra, fit-tiwi tad-damask u fit-tindif.  Napprezzaw ħafna dik id-daqqa t’id li tistgħu toffru.  Tiddejqux tavviċinawna.
  7. Infakkru lil min għadu ma tax is-sehem tiegħu għall-festa ta’ ġewwa biex ma joqgħodx lura.  Jista’ jħalli l-envelope fil-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
  8. Fl-aħħar jiem:
    • Grupp sabiħ ta’ persuni resqu biex jagħtu d-demm f’inizjattiva li ħadna l-Ħadd li għadda;
    • 26 hamper tqassmu lill-persuni fil-bżonn permezz tal-oġġetti li ġibtu l-knisja;
    •  € 1,400 nġabru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bħala l-ġabra ta’ karita’ fi żmien il-festa. Il-flus ġew ippreżentati lil Puttinu Cares;
    • € 1,000 oħra nġabru għall-istess għan waqt il-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli; u
    • daħlu €50 f’donazzjonijiet għall-gandlieri l-ġodda.
  9. Nitolbu għal Angelo Gauci u Maria Grazia Abela li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.