avvizi parrocca

Avviżi – 25.08.2024

Avviżi – 25.08.2024  –  Il-21 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, flimkien mal-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għall-festa sabiħa u dinjituża li ċċelebrajna f’ġieħ Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll b’donazzjonijiet fil-ġbir.  Nibqgħu ngħożżu l-fatt li konna flimkien, familja waħda li qed tiċċelebra u li kienet viċin ukoll min jeħtieġ l-għajnuna permezz ta’ diversi inizjattivi ta’ solidarjetá li ttieħdu. Fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa hemm l-omeliji li saru fit-tridu, lejlet u nhar il-festa għal min jixtieq jismagħhom bħala mezz ta’ tagħlim nisrani għal kulħadd. J’Alla li fuq kollox, il-festa kienet mezz biex permezz ta’ Marija ersaqna aktar qrib lejn binha, Ġesú.
  2. Il-Ħamis 29/08:
    • Fis-7.00pm jkollna ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Infakkar li min-nhar is-Sibt li ġej (31/08) sal-Erbgħa ta’ wara (4/09), grupp mill-parroċċa tagħna ser ikun fuq pellegrinaġġ Lourdes flimkien mal-Arċipriet. Jekk hawn min jixtieq iwassal xi talbiet u intenzjonijiet partikulari lill-Madonna, jiktibhom f’ittra u jissiġġillaha f’envelop u jgħaddiha lill-Arċipriet ħalli jwassalhom fil-post iddedikat għalhekk fis-Santwarju.
  4. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 50 bħala donazzjonijiet għall-gandlieri l-ġodda;
    • € 45 bħala donazzjoni għall-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  5. Nitolbu għal Anthony (k/a Twanny) Vella li fl-aħħar jiem għadda għal ħajja ta’ dejjem u għal Catherine Mifsud li mietet l-Awstralja u l-fdalijiet tagħha nġiebu għad-difna Ħad-Dingli. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.