avvizi parrocca

Avviżi – 08.09.2024

Avviżi – 08.09.2024  –  Is-Solennità tat-Twelid tal-Madonna

  1. Illum 08/09:
    • Fis-6.00pm minn ħdejn l-għassa jitlaq it-trasport għal dawk li nkitbu għall-ħarġa għall-festa ta’ Maria Bambina fil-Mellieħa.
  2. It-Tnejn 09/09:
    • Fl-10.00am – Radju Marija se jorganizza quddiesa fil-Knisja tagħna, u wara Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju fejn jinsabu mistrieħa l-fdalijiet taż-żagħżugħ Rabti, Gilbert Simiana. Imexxi Fr Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Kulħadd mistieden.
  3. It-Tlieta 10/09:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  4. Il-Ħamis 12/09:
    • Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 13/09:
    • Fis-7.15pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla u ikel Malti, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Jekk it-temp ma jippermettix, l-attivita’ ssir fis-sala taċ-ċentru. Kitba fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.
  6. Il-Ħadd 15/09:
    • Ikun Jum l-Art Imqaddsa. Il-ġbir fil-quddies ser imur biex jgħin lill-Patrijiet Franġiskani fil-ħidma li jwettqu biex iħarsu l-postijiet sagri marbuta ma’ ħajjet Ġesu’ u l-Madonna.
    • Il-Kunsill Lokali ser ifakkar Jum Ħad-Dingli. Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa fil-knisja bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali. Kulħadd mistieden.
  7. Il-Ħamis 19/09:
    • Se jiġi organizzat JESUS FEST għat-tfal kollha. Nibdew fis-6.30pm b’quddiesa ta’ tmiem is-sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u wara jkollna logħob u xi ikel.
  8. Avviżi oħra:
    • Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru tibda s-sena tad-duttrina għat-tfal li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa tagħna. Ġenituri li għandhom ulied li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2025), għandhom jiġbru 2 formoli mingħand is-superjuri u wara li jimlewhom jgħadduhom lis-superjuri mill-aktar fis flimkien ma’ ċertifikat tal-Magħmudija li jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-knisja fejn irċevew dan is-sagrament. Dawk li ser ikun hemm xi tibdil fejn jattendu d-duttrina, mitluba jinfurmaw lis-superjuri wkoll.
    • Il-formoli tar-reġistrazzjoni jistgħu jinġabru:
    • – Mill-M.U.S.E.U.M. tas-Subien: nhar it-Tnejn u l-Ħamis bejn is-6.00pm u s-7.30pm; u
    • – Mill-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet: nhar it-Tnejn u t-Tlieta bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
    • Jekk ikun hemm min għandu xi diffikultà jkun jista’ jagħmel appuntament f’ħin ieħor.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 605 mill-ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
    • € 75 f’donazzjonijiet b’risq l-istess għan;
    • € 50 bħala donazzjonijiet għall-gandlieri l-ġodda. Grazzi.
  10. Nitolbu għal ruħ Jane Attard li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.