Avviżi – 15.09.2024 – L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 15/09, jitfakkar Jum Ħad-Dingli.
- Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali li għaliha mistieden kulħadd. Fil-binja tal-Girl Guides fi Triq il-Kbira tistgħu żżuru wirja ta’ għodda antika. Filgħaxija, fis-6.00 jsir marċ mill-banda ta’ Ħad-Dingli u fis-7.30 tibda serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali.
- Il-Ħamis 19/09 jiġi organizzat il-JESUS FEST:
- Fis-6.30pm – Quddiesa ta’ għeluq is-Sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien li fiha qed nistiednu lit-tfal kollha jattendu mal-familjari tagħhom. Wara jkollna logħob u ikel. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Tfal.
- Avviżi oħra:
- Nhar il-Ġimgħa 27/09, l-Għaqda tal-Kompensatriċi ser torganizza Pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, u wara ikla f’ħanut fil-lokal stess. Trasport minn Ħad-Dingli jitlaq fil-5.30pm. Aktar dettalji u booking fis-sagristija sal-Ħadd li ġej 22/09.
- Infakkru lill-ġenituri li għandhom ’l uliedhom ser jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2025), biex jieħdu l-formoli tar-reġistrazzjoni u ċ-Ċertifikati tal-Magħmudija ta’ wliedhom lis-superjuri. Aktar dettalji fil-paġni ta’ facebook tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M.
- Minn dan ix-xahar l-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien ta’ Ħad-Dingli u r-Rabat se jaħdmu aktar flimkien fil-formazzjoni li joffru lit-tfal, l-adolexxenti u l-familji. Is-Superjur taż-żewġ oqsma ser ikun Albert Mangion, waqt li Joseph Vidal ser ikun responsabbli mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien f’Ħad-Dingli.
- Il-parroċċa tixtieq tirringrazzja lis-Superjur Robert Micallef li għal dawn l-aħħar ħames snin kien responsabbli mill-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli u issa ser ikun katekist f’dawn l-oqsma. Nirringrazzjaw ukoll lill-membru Emanuel Gauci li wara snin ta’ servizz fil-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli issa ntbagħat fil-M.U.S.U.E.M. ta’ Ħal Qormi San Ġorġ. Il-parroċċa tirringrazzja lill-membri kollha tal-MUSEUM, subien u bniet, għall-impenn tagħhom fil-parroċċa tagħna. L-isbaħ apprezzament li nistgħu nagħtuhom hi l-attendenza mit-tfal, l-adolexxenti u l-familji għall-katekiżmu u l-inizjattivi organizzati minn żmien għal żmien.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 100 bħala donazzjonijiet b’risq il-gandlieri l-ġodda. Grazzi.
Ikkummenta