avvizi parrocca

Avviżi – 22.09.2024

Avviżi – 22.09.2024  –  Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 22/09:
    • Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal u l-adolexxenti, lill-għalliema u lill-ħaddiema fl-iskejjel. It-tfal huma mħeġġa jġibu magħhom il-pockets jew il-basktijiet tal-iskola biex fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika ngħidu talba għall-barka tagħhom.
  2. Il-Ħamis 26/09:
    • Fis-7.00pm, kif tintemm il-quddiesa ta’ filgħaxija, jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
  3. Avviżi oħra:
    • L-Għaqda tal-Kompensatriċi Nazzjonali ser torganizza Pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, u wara ikla f’ħanut tal-lokal stess. Dan ser ikun nhar il-Ġimgħa 27/09 bit-trasport. It-trasport jitlaq fl-5.30pm. Aktar dettalji u booking fis-sagristija sal-lum.
    • Mit-Tlieta 01/10, jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ li jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan il-grupp huwa miftuħ għan-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet b’opportunità ta’ tagħlim u rikreazzjoni. Ix-xahar id-dieħel, il-grupp jiċċelebra l-50 sena mindu twaqqaf. F’dan l-anniversarju speċjali, l-ewwel laqgħa se ssir b’ħarġa għas-Santwaru Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa fejn ser ikun hemm mument ta’ talb, żjara lill-Mużew tas-Santwarju stess u ikel. Aktar dettalji mill-membri tal-kumitat jew mis-sagristija.
    • Il-Ħamis 03/10, fis-6.30pm ser tiġi ċċelebrata l-quddiesa tal-bidu tas-sena tad-duttrina għat-tfal u l-katekisti fil-knisja.
  4. Il-ġabra ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet għall-Art Imqaddsa kienet ta’ € 550. Din il-ġimgħa daħlu wkoll €20 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.