avvizi parrocca

Avviżi – 29.09.2024

Avviżi – 29.09.2024  –  Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Il-Knisja tiddedika x-xahar ta’ Ottubru lir-Rużarju.
    • Matul dan ix-xahar li ġej, din it-talba tingħad darbtejn kuljum fil-Knisja: Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30 u filgħaxija fis-6.00 quddiem Ġesu’ Sagramentat.
    • Ir-Rużarju se tingħad ukoll f’żoni differenti b’inizjattiva tal-Leġjun ta’ Marija, l-ewwel darba nhar il-Ġimgħa 4/10 fil-5.00pm ħdejn iċ-ċimiterju. Mistiedna r-residenti li joqogħdu f’dik l-akkwata.
    • Fuq kollox inħeġġu li r-Rużarju jingħad kuljum fil-familji tagħna.
  2. It-Tnejn 31/09:
    • Fis-5.45p.m. fil-MUSEUM tas-Subien ser issir laqgħa ta’ introduzzjoni għall-ġenituri u t-tfal tal-klassi tal-Ewwel Tqarbin.
  3. It-Tlieta 01/10:
    • Jerġa’ jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. Bħala l-ewwel laqgħa, anke għaliex dan ix-xahar qed jitfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-grupp, se nibdew b’ħarġa lejn is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa fejn ser ikollna mument ta’ talb, żjara lill-mużew tas-santwarju stess u ikel. Tluq fit-8.30am minn fejn l-għassa u lura għas-1.15pm.
  4. Il-Ħamis 03/10:
    • Il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja se tagħti bidu għas-sena tad-duttrina. Jieħdu sehem it-tfal kollha tal-parroċċa u l-katekisti.
  5. Il-Ġimgħa 04/10: l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna qrar fil-Knisja;
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
  6. Is-Sibt 05/10, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju:
    • Fl-4.00pm nitolbu t-talba tal-Għasar;
    • Fl-4.30pm quddiesa animata mill-Kor ‘Regina Coeli’ u bis-sehem tal-abbatini u l-fratelli;
    • Fil-5.15pm toħroġ il-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Parroċċa, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela u l-Parroċċa. Fi tmiem tal-purċissjoni, fil-knisja tingħata l-Barka Sagramentali.
    • Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem flimkien bħala familja għall-quddiesa u l-purċissjoni. Inġibu magħna l-kuruna tar-Rużarju.
    • Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa oħra.
  7. Il-Ħadd 06/10:
    • ġabra speċjali li tmur għall-manutenzjoni tal-knisja.
  8. Mit-Tnejn 07/10 sal-Ġimgħa 11/10 ikollna l-Ġimgħa Familja:
    • Kuljum fis-7.00 p.m. jkollna laqgħat ta’ formazzjoni li ser isiru fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inħeġġeġ lill-koppji miżżewġa u lill-għarajjes biex f’dawk il-ġranet iħallu dan il-ħin liberu minn impenji biex jattendu. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal fiċ-ċentru stess. Intom u ħerġin mill-Knisja, minn ħdejn il-bibien tistgħu tieħdu programm bid-dettalji dwar dawn il-laqgħat.
    • Il-Ġimgħa Familja tintemm il-Ħadd, b’seminat fin-nofs t’inhar ta’ filgħodu fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li se jiżżewġu fl-2025.
  9. Infakkrukom li l-avviżi tal-parroċċa u tagħrif dwar attivitajiet u inizjattivi li norganizzaw minn żmien għal żmien ikunu wkoll fin-notice boards tal-Knisja u fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Il-paġna ssibuha bl-isem ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 35 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.