avvizi parrocca

Avviżi – 06.10.2024

Avviżi – 06.10.2024  –  Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tnejn 07/10:
    • Nilqgħu l-istedina li qiegħed jagħmlilna l-Papa Franġisku għal jum ta’ sawm u talb għall-paċi fid-dinja b’mod speċjali fil-Lvant Nofsani.
  2. Mit-Tnejn 07/10 sal-Ġimgħa 11/10 ikollna l-Ġimgħa Familja:
    • Kuljum, fis-7.00pm jibdew laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna rridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Nistednukom biex għal aktar dettalji tieħdu programm minn ħdejn il-bibien tal-knisja jew taraw il-paġna tal-facebook tal-parroċċa.
  3. It-Tlieta 08/10:
    • Fid-9.00am tiġi ċċelebrata quddiesa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali u wara nkomplu b’attività soċjali.
  4. Ġimgħa 11/10:
    • Fil-5.00pm, il-Leġjun ta’ Marija jistieden lir-residenti ta’ Triq ir-Rabat biex jinġabru fl-iSqaq tal-Lewżu biex flimkien jitolbu r-Rużarju.
  5. Is-Sibt 12/10:
    • Kif jiġir kull tieni Sibt tax-xahar, fis-6.00pm fis-Seminarju tal-Virtù issir Quddiesa u wara adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali u barka. L-inizjattiva li hi miftuħa għal kulħadd hi organizzata miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet. Inżommu f’talbna lis-seminaristi, b’mod speċjali lil Daniel Abela mill-parroċċa tagħna, li jinsab fir-raba’ sena u bħalissa qiegħed jagħmel l-hekk imsejħa sena barra mis-Seminarju.
  6. Il-Ħadd 13/10:
    • Mid-9.30am sa 12:00pm – Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2025. Jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
  7. Avviżi oħra:
    • Is-Sibt 12 u l-Ħadd 13/10 ser ikollna magħna lil:
      • Fr Ray Pace, Ġiżwita, li hu responsabbli mill-Appostolat tat-Talb li issa qed jissejjaħ aktar bħala Network Dinji ta’ Talb mal-Papa biex ifhiemna aktar fuq din l-inizjattiva; u
      • Xi voluntiera ta’ Hospice Malta li wara l-quddiesa ser ikunu qed jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-knisja biex din l-organizazzjoni tkompli tipprovdi s-servizzi b’xejn fil-komunità, u tlesti l-proġett Saint Michael Hospice f’Santa Venera. Inħeġġiġkom tnkunu ġenerużi.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 300 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  9. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Ġużeppi Muscat u Saviour (k/a Sammy) Cassar li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.