avvizi parrocca

Avviżi – 13.10.2024

Avviżi – 13.10.2024  –  It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 13/10:
    • Mid-9.30am sa 12.00pm – Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2025, li jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
  2. It-Tlieta 15/10:
    • Fid-9.00am jibda l-programm ta’ laqgħat tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-mistiedna se tkun il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika.
  3. Il-Ħamis 17/10:
    • Fis-7.15pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-ġenituri u l-parrini tal-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma ta’ l-Isqof. Il-laqgħa ssir fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  4. Il-Ġimgħa 18/10:
    • Fil-5.00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn l-istatwa tal-Madonna, f’Misraħ il-Mafkar. Ir-residenti tal-inħawi mistiedna jieħdu sehem.
  5. Is-Sibt 19/10:
    • Il-quddiesa tal-4.30pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  6. Il-Ħadd 20/10, il-Ġurnata Missjunarja:
    • L-offerta fil-quddiesa tkun bil-għan li nipprovdu għajnuna finanzjarja lill-missjunarji biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni u karità. Mal-posta rċevejtu wkoll envelopes apposta. Tistgħu tibgħatu l-offerta tagħkom lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu l-envelope bid-donazzjoni mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-jiem inżommu f’talba lill-missjunarji Maltin, fosthom Dun George Scerri mill-parroċċa tagħna, li jinsab il-Peru’.
  7. Il-Ġimgħa 25/10:
    • Fis-7.00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pasta Night, fiċ-Ċentru Parrokkjali, li tinkludi wkoll tombla. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa.
  8. Avviżi oħra:
    • Dawk il-ġenituri li jixtiequ ritratti tal-preżentazzjoni ta’ uliedhom lil Santa Marija fil-jiem tal-festa li għaddiet jistgħu jikkuntattjaw lill-Arċipriet biex jiġbruhom.
    • Infakkar li ħdejn il-bibien tal-knisja għandna xi voluntiera ta’ Hospice Malta li qed jilqgħu donazzjonijiet biex ikomplu jipprovdu s-servizzi b’xejn fil-komunità, u għall-proġett St Michael’s Hospice f’Santa Venera. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi u grazzi bil-quddiem.
    • Il-Ħadd li ġej (20/10), ħdejn il-bibien tal-knisja, ser ikollna xi voluntiera tal-Fondazzjoni Agħti l-Ħajja li ser ibiegħu kuruni tar-Rużarju magħmulin bl-idejn u li l-qliegħ minnhom ser imur biex jgħinu tfal f’diversi pajjiżi li daqu l-moħqrija tal-gwerra.
    • Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin, ix-xahar id-dieħel, ser ikollna żewġ attivitajiet: Ikla għall-Irġiel nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru filgħaxija; u ħarġa mill-Grupp tan-Nisa Magnificat, nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru filgħodu, fil-Mosta.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala ġabra speċjali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-knisja b’risq il-manutenzjoni tal-knisja; u
    • € 1,030 f’donazzjonijiet bl-istess għan. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.