avvizi parrocca

Avviżi – 20.10.2024

Avviżi – 20.10.2024  –  Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 20/10, il-Ġurnata Missjunarja:
    • Nitolbu ħalli l-Mulej jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu nxandru l-bxara t-tajba tal-Evanġelju u nitolbu lill-Madonna biex tbierek u tipproteġi lill-missjunarji kollha fil-ħidmiet varji tagħhom. Min jixtieq jgħin lill-proġetti ta’ Missio Malta, jista’ jħalli donazzjoni fl-envelope li rċevejtu bil-posta u jintbagħat lill-Uffiċċju Missjunarju, jew tħallu l-envelope mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti u jitwassal mill-parroċċa.
  2. It-Tnejn 21/10:
    • Fis-7.00pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet. L-istess adolexxenti, il-parrini u l-ġenituri huma mħeġġa jsegwu l-programm imħejji għalihom għall-kumplament tal-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-jiem aħna nżommuhom fit-talb tagħna.
  3. It-Tlieta 22/10:
    • Fid-9.30am – Jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  4. Il-Ħamis 24/10:
    • Fis-6.30pm – Issir Quddiesa fil-kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Sależjan.
    • Fis-7.00pm – fil-Knisja Arċipretali jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 25/10:
    • Fil-5.00pm – Jingħad ir-Rużarju mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu.
    • Fis-7.00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pasta Night, fiċ-Ċentru Parrokkjali, li tinkludi wkoll tombla. Il-booking għal din l-attivita’ jista’ jsir mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa.
  6. Il-Ħadd 27/10, it-Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja (nhar is-26 ta’ Marzu 1939 mill-Isqof Mikiel Gonzi) u Jum il-Griżma tal-Isqof:
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
    • Naqilbu l-ħin għal tax-Xitwa u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4.30pm, (minflok fil5:00pm).
    • Fil-quddiesa tal-4.30pm, 43 adolexxent – 22 subien u 21 bniet – mill-parroċċa tagħna se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
  7. Avviżi oħra:
    • Illum ħdejn il-bibien tal-knisja, għandna xi voluntiera tal-Fondazzjoni Podari Zivot – Agħti l-Ħajja – li ser ibiegħu kuruni tar-Rużarju magħmulin bl-idejn li l-qliegħ minnhom ser imur biex jgħinu tfal f’diversi pajjiżi milquta mill-gwerra.
    • Dawk il-ġenituri li jixtiequ r-ritratti tal-Preżentazzjoni tat-Trabi lil Santa Marija fil-festa li għaddiet għandhom jikkuntattjaw lill-Arċipriet biex jiġbruhom.
    • B’rabta mal-festa ta’ San Martin, f’Novembru, ser ikollna żewġ attivitajiet:
      • Ikla għall-Irġiel nhar il-Ġimgħa 8/11 filgħaxija; u
      • Ħarġa mill-Grupp tan-nisa ‘Magnificat’ nhar l-Erbgħa 13/11 filgħodu, fil-Mosta.
    • Hospice Malta tirringrazzja lil min ta donazzjonijiet għall-ħidma u l-proġetti tagħha b’risq pazjenti morda bil-kanċer u l-familji tagħhom. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, minn Ħad-Dingli nġabru € 1,120; u matul din il-ġimgħa daħlu € 46 għax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.