avvizi parrocca

Avviżi – 01.12.2024

Avviżi – 01.12.2024  –  L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 01/12, l-ewwel Ħadd tal-Avvent u qed nagħtu bidu għal Sena Liturġika ġdida – Sena Ċ
    • Fid-9.30am – Quddiesa speċjali li fiha nistiednu lill-familji bi tfal u adoloxxenti.
    • Fit-3.00pm – Il-Life Network Foundation Malta qed torganizza attività li tinkludi Mixja favur il-Ħajja fil-Belt.
  2. Il-Ħamis 05/12:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
  3. Il-Ġimgħa 06/12:
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, mal-ġenb tal-Knisja, jiftaħ il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Inħeġġukom tagħtu titwila għax ser ikun hemm bosta rigali u oġġetti ta’ użu ta’ kuljum. Il-Bazaar jibqa’ għaddej sat-Tnejn 09/12.
  4. Il-Ħadd 08/12, Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni:
    • Filgħaxija ser norganizzaw transport għall-festa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla. It-trasport jitlaq fl-4.30pm minn ħdejn l-għassa u niġu lura għad-9.30pm. Min hu mħajjar jista’ jinkiteb fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
  5. Is-Sibt 14/12:
    • Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
  6. Avviżi oħra:
    • Illum għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali u biljetti ta’ lotterija b’riżq il-Parroċċa.
    • Għal sena oħra, il-parroċċa qed tistieden lil min jixtieq joffri rigal għal żmien il-Milied lit-tfal residenti f’Dar Fra Diegu biex jiġbor mingħand il-membri adulti tal-Kummissjoni Tfal envelope bl-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir.
    • Fuq wara tal-knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel li fil-Milied jingħataw bħala għajnuna lill-familji fil-bżonn.
    • Dawk li jixtiequ jesebixxu presepji jew bambini fil-wirja li l-grupp tal-abbatini se jtellgħu fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena għandhom jiġbru formola ta’ parteċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti li fiha aktar dettalji dwar din il-wirja, u wara jgħaddihielna mimlija biex isiru l-preparamenti meħtieġa.
    • Infakkru lil tfal f’etajiet bejn is-7 u l-14-il sena li jixtiequ jieħdu sehem fil-play tal-Lejl tal-Milied biex jinkitbu fis-sagristija sa tmiem din il-ġimgħa.
    • Fis-sagristija wkoll bdew jintlaqgħu l-ismijiet ta’ dawk li se jiġu għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex jumejn fuq il-Milied, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 85 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja u għar-restawr tal-ganutell tal-istatwa ta’ Santa Marija. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.