avvizi parrocca

Avviżi – 10.11.2024

Avviżi – 10.11.2024  –  It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Erbgħa 13/11:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jorganizza Ħarġa għar-Rotunda tal-Mosta fejn issir quddiesa, tour tal-knisja, żjara f’xelter ta’ ħdejn ir-rotunda, u nispċċaw b’xi ħaġa tal-ikel flimkien. Tluq fid-8.45am minn fejn l-Għassa u niġu lura fis-1.00 pm.
  2. L-Erbgħa 13/11 u l-Ġimgħa 15/11:
    • Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof. F’dawn il-jumejn jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
  3. Il-Ħamis 14/11:
    • Fis-7.00pm jkollna adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
  4. Is-Sibt 16/11:
    • Fil-5.15pm jibda Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  5. Il-Ħadd 17/11:
    • Il-ġabra fil-quddiesa ser tkun għall-Iskejjel tal-Knisja.
  6. Avviżi oħra:
    • Kif tistgħu tinnutaw fl-aħħar jiem tbattlu żewġ armarji li kellna fil-kappelluni tal-Knisja u beda x-xogħol jerġgħu jservu ta’ niċeċ kif kienu fl-imgħoddi. F’waħda se titpoġġa l-istatwa antika u storika ta’ San Ġwann il-Battista u fl-oħra anġlu bil-blandun.
    • Fost l-attivitajiet li qegħdin nippjanaw għal żmien il-Milied nixtiequ li ċ-ċelebrazzjoni ta’ qabel il-quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-knisja tkun bil-kant tat-tfal. Għalhekk, qed nistiednu tfal fl-etajiet bejn is-7 u l-14-il sena jingħaqdu mal-Kor tat-Tfal Joy of the Gospel billi jinkitbu fis-Sagristija mill-aktar fis ħalli nibdew il-preparazzjoni.
    • Il-parroċċa qed torganizza kompetizzjoni għad-disinn ta’ logo li se jintuża biex matul is-sena d-dieħla nfakkru l-75 sena tad-Domma tal-Assunta. Id-disinni proposti se jintlaqgħu sal-15 ta’ Diċembru. Min hu interessat jieħu sehem jista’ jiġbor kopja bl-informazzjoni kollha mis-sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
    • F’Diċembru ser ikollna żewġ ħarġiet: nhar il-Ħadd 8/12 filgħaxija għall-festa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla u nhar il-Ġimgħa 27/12 l-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex fil-btajjel tal-Milied.
    • Minn fuq il-mejda tal-offerti jistgħu jinġabru formoli għall-booking tal-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena d-dieħla b’suffraġju għall-familjari, qraba u ħbieb metjin. Il-formoli mimlija għandhom jitħallew f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Kollox hemm spjegat fil-formoli. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
    • Illum fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħobż ta’ San Martin u ħelu ieħor tradizzjonali.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 840 bħala ġabra speċjali għall-manutenzjoni fiċ-Ċimiterju;
    • € 275 li nġabru waqt l-ikla li kellna l-Ġimgħa għall-irġiel; u
    • € 175 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja u għar-restawr tal-ganutell tal-istatwa ta’ Santa Marija.

Nirringrazzjawkom tal-għajnuna li tagħtu biex issostnu lill-parroċċa fil-ħidmiet tagħha.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.