avvizi parrocca

Avviżi – 08.12.2024

Avviżi – 08.12.2024  –  Is-Solennita tal-Immakulata Kunċizzjoni

  1. Illum 08/12:
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, fil-ġenb tal-Knisja, għaddej il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Inħeġġukom tgħaddu wara l-quddiesa jew f’xi ħin ieħor sa għada t-Tnejn 09/12.
    • Infakkru lil dawk li nkitbu għall-ħarġa għall-festa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla li t-trasport jitlaq fl-4.30pm minn ħdejn l-għassa.
  2. Il-Ħamis 12/12:
    • Fis-7.00pm ikollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Is-Sibt 14/12:
    • Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu sal-Ħamis fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
  4. Il-Ħadd 15/12 tibda n-Novena tal-Milied:
    • Wara l-quddiesa tad-9.30am inbierku l-presepju prinċipali li se jintrama fil-Knisja għall-Milied.
    • Fil-ġranet matul il-ġimgħa, in-novena fil-knisja din issir darbtejn kuljum:
      • Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30am; u
      • Filgħaxija wara l-quddiesa tas-6:30pm, u li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Il-ħsieb fil-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikun mibni madwar it-tema: “AĦNA SALVI BIT-TAMA” bi tħejjija għall-Ġublew 2025 – Pellegrini tat-Tama. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li se jitqassam fid-djar bid-dettalji kollha u anke fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
    • Matul il-jiem tan-Novena aħna mħeġġa nuru aktar ġenerożità mal-persuni u familji fil-bżonn billi nikkooperaw mal-inizjattivi ta’ karità li l-parroċċa qed tinkoraġixxi f’dawn iż-żminijiet. Dawn jinkludu l-ġbir ta’ oġġetti tal-ikel u affarijiet essenzjali li jistgħu jitħallew fil-kaxxi ħdejn il-bibien tal-ġnub tal-Knisja u l-għoti ta’ rigali lit-tfal li jgħixu f’Dar Fra Diegu. Min jixtieq jgħin fix-xiri ta’ dawn ir-rigali għandu jkellem lill-membri tal-Kummissjoni Tfal.
  5. It-Tlieta 17/12:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza buffett breakfast tal-Milied f’lukanda f’San Ġiljan. L-attivita’ hi miftuħa għal kulħadd b’min hu mħajjar għandu jinkiteb għand il-membri tal-grupp.
  6. Avviżi oħra:
    • Se jintlaqgħu sal-Ħadd li ġej 15/12 d-disinni fil-kompetizzjoni għal-logo li se tuża l-parroċċa biex is-sena d-dieħla tfakkar il-75 anniversarju tad-Domma tal-Assunta. Jekk għad hawn min jixtieq kopja tar-regolamenti u d-dettalji jista’ jiġbor karta mis-sagristija.
    • Il-parroċċa ser torganizza kompetizzjoni għall-isbaħ presepju f’żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar u għall-isbaħ tieqa armata u l-isbaħ faċċata ta’ dar imżejna għall-Milied. Dawk interessati jieħdu sehem għandhom iħallu isimhom għand l-Arċipriet jew fis-sagristija.
    • Fid-djar tqassmu l-biljetti u l-envelopes bid-dettalji tal-lotterija tal-Milied organizzata mill-Kumitat Festa Esterna.
    • Il-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li ser norganizzaw fil-btajjel tal-Milied, nhar il-Ġimgħa 27/12, qed jintlaqgħu fis-sagristija jew fil-Bazaar. Aktar dettalji fil-posters fin-noticeboards tal-Knisja.
    • Is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl qiegħda tagħmel kampanja ta’ għarfien dwar il-fundatur tagħha, Monsinjur Ġużeppi Depiro. Fuq wara tal-Knisja hemm kotba u santi dwaru li tistgħu tieħdu.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 25 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Carmelo Abela u Maria Abela li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.