avvizi parrocca

Avviżi – 15.12.2024

Avviżi – 15.12.2024  –  It-Tielet Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 15/12; Tibda n-Novena tal-Milied:
    • Wara l-quddiesa tad-9.30am inbierku l-presepju ċentrali li ntrama fil-Knisja.
  2. Matul il-ġranet tal-ġimgħa, in-Novena fil-Knisja ssir darbtejn kuljum:
    • Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30am; u filgħaxija wara l-quddiesa tas-6:30pm, li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li qiegħed jitqassam fid-djar bid-dettalji kollha u anke fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
  3. It-Tlieta 17/12:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza buffett breakfast tal-Milied f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-grupp sat-Tnejn filgħodu. It-trasport nhar it-Tlieta jitlaq fid-9.00am.
  4. L-Erbgħa 18/12:
    • Mit-8:00am ‘il quddiem isir il-ħasil tal-knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ kull min jista’ jiġi jagħti daqqa t’id.
  5. Il-Ħamis 19/12:
    • Fit-8.45am – Purċissjoni bil-Bambin mit-tfal tal-Iskola Primarja li titlaq mill-iskola għall-Knisja Arċipretali u wara jieħdu sehem fil-quddiesa.
  6. Is-Sibt 21/12:
    • Fit-3.00p.m. – Inawgurazzjoni ta’ wirja ta’ presepji u bambini organizzata mill-grupp tal-abbatini fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Il-wirja tibqa’ miftuħa sal-Ħadd, 5 ta’ Jannar.
  7. Il-Ħadd 22/12, Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent:
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jsir it-tberik tal-Bambini u l-Presepji. Inħeġġu lill-familji bi tfal u adoloxxenti biex jiġu u jġibu magħhom xi presepju jew Bambin ħalli nberkuhom. Wara, fil-Knisja stess ser isir Kunċert b’innijiet tal-Milied mill-aljievi tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli.
  8. Avviżi oħra:
    • Inħeġġu lil kulħadd iħejji ruħu sew għall-Milied fosthom fis-sagrament tal-qrar u t-tqarbin. Bħala saċerdoti nfakkrukom li aħna disponibbli għall-qrar kull meta nintalbu personalment. Barraminnhekk, fil-jumejn ta’ qabel il-Milied se niddedikaw ukoll ħin apposta għall-qrar li ninfurmawkom bih il-Ħadd li ġej.
    • Il-parroċċa qiegħda torganizza kompetizzjonijiet tal-isbaħ presepju f’żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar, kif ukoll tal-isbaħ tieqa u faċċata ta’ dar imżejna. Dawk interessati jieħdu sehem iħallu isimhom għand l-Arċipriet.
    • Fis-sagristija qed jittieħdu l-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li ser issir il-Ġimgħa 27/12. Nitilqu minn Ħad-Dingli fit-8:30am, u ser nżuru r-raħal taż-Żebbuġ, ikollna ikla Marsalforn, immorru Għajnsielem inżuru xi presepji fosthom Betlehem f’Għajnsielem, u fl-aħħar inżuru x-Xagħra fejn nieħdu sehem fil-quddiesa u wara nattendu għal kunċert tal-Milied mill-Kor Voci Angeliche u string ensemble. Niġu lura mal-vapur tal-9:45pm.
    • Fid-djar qed jitqassmu l-envelopes tal-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” li ta’ kull sena fi żmien il-Milied taħseb li tiġbor donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. L-envelopes tistgħu tħalluhom f’kaxxa li hemm apposta fuq il-mejda tal-offerti sal-ewwel jum tas-sena meta filgħaxija s-somma miġbura tiġi ppreżentata lid-Dar tal-Providenza waqt il-maratona annwali.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 680 bħala ġabra speċjali għar-restawr tal-ganutell tal-istatwa ta’ Santa Marija,
    • € 70 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.