Avviżi – 05.01.2025 – Solennità tal-Epifanija tal-Mulej
- Illum 05/01, is-Solennitá tal-Epifanija tal-Mulej:
- Fid-9.15am tibda purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Salesjan sal-Knisja, fejn fid-9.30am tibda l-quddiesa. Ġenituri u tfal, flimkien ma’ dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa tagħna, mistiedna jattendu. Fi tmiem il-quddiesa jingħataw il-premjijiet tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju, tieqa u faċċati mżejna għal żmien il-festi.
- It-Tlieta 07/01:
- Fid-9.30am ikomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Il-Ħamis 09/01:
- Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
- Is-Sibt 11/01:
- Fil-5.30pm – l-Isqof Awżiljarju, Mons. Joseph Galea Curmi, se jiċċelebra quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena li għadna kif bdejna, l-2025.
- Avviżi oħra:
- F’isem id-Direttur u l-Istaff tad-Dar tal-Providenza ngħidulkom grazzi tal-ġenerożità li ntweriet bl-għotja sabiħa ta’ € 5,511 li nġabru minn Ħad-Dingli permezz tal-kampanja ‘Minn Qalbna lill-Anġli’.
- Fi żmien il-Milied ukoll, bl-inizjattiva tal-Kummissjoni Tfal inġabru ‘l fuq minn 50 rigal li ngħataw lit-tfal ta’ Dar Fra Diegu. B’donazzjonijiet oħra li ngħataw inxtara slow cooker għal wieħed mill-appartamenti fejn jgħixu t-tfal u 12-il sett lożor tax-xitwa u 12-il sett lozor tas-Sajf għall-kmamar tat-tfal f’din id-dar tal-Knisja.
- Permezz tal-oġġetti li ġibtu fil-Knisja tqassmu ‘l fuq minn 20 hamper lil familji fil-bżonn. Grazzi ta’ dawn il-ġesti sbieħ ta’ solidarjetà.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 90 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjakom.
Ikkummenta