Avviżi – 12.01.2025 – Il-Magħmudija tal-Mulej
- It-Tlieta 14/01:
- Il-laqgħa li jmiss organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali se titratta l-Medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja. Il-laqgħa tibda fid-9.30am.
- Il-Ħamis 16/01:
- Fis-7.00pm ikollna ħin ta’ adorazzjoni flimkien quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Knisja.
- Il-Ħadd 19/01:
- Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw ukoll Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa’ qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-knisja. Nitolbu b’mod speċjali b’riparazzjoni għad-dagħa.
- Is-Sibt 25/01:
- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day bl-ikel jitqassam f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba fis-sagristija jew kif rekalamt fil-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli.”
- Avviżi oħra:
- Matul din il-ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq.
- Infakkar fil-Kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Salesjan li tkun miftuħa kuljum, anke s-Sibt u l-Ħadd, bejn is-7:30am u d-9:00pm. Dan hu post għat-talb fis-skiet quddiem Ġesú Ewkaristija. Tajjeb li nersqu fi ħdan il-Mulej f’din il-kappella għal ftit ħin ta’ talb.
- Il-kartolini li rċevejna dan il-Milied nistgħu niġbruhom u nirriċiklawhom b’risq il-missjoni. Min irid jista’ jħallihom f’kaxxi apposta ħdejn il-bibien tal-knisja.
- Minħabba li din is-sena l-Għid il-Kbir ġej tard u x-xahar ta’ Ġunju ser ikun fih diversi ċelebrazzjonijiet, din is-sena t-tberik tal-familji se jinqasam f’żewġ partijiet; qabel ir-Randan u wara l-Għid. Għalhekk, mill-aħħar ġimgħa ta’ Jannar u tul Frar ser issir l-ewwel parti tat-tberik. Dettalji se jintbagħtu lill-familji kkonċernati u se jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa u fin-notice boards tal-Knisja.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 725 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja.
Ikkummenta