avvizi parrocca

Avviżi – 19.01.2025

Avviżi – 19.01.2025  –  It-2 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 19/01:
    • Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa’ qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja. Inħeġġiġkom tiġu tfaħħru isem il-Mulej, titolbu għall-bżonnijiet tagħkom, u b’riparazzjoni għad-dagħa.
  2. It-Tlieta 21/01:
    • Fid-9.30am – Laqgħa oħra tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali. Din id-darba l-kelliem ser ikun Fr Ray Pace, Ġiżwita, dwar in-network għat-talb skont l-intenzjoni tal-Papa. Kulħadd mistieden.
    • Fis-7.15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  3. Il-Ħamis 23/01:
    • Fis-7.00pm jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Il-Ġimgħa 24/01:
    • Jibda t-Tberik tal-Familji, bl-ewwel parti tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Frar u mbagħad inkomplu wara l-Għid. Din is-sena wkoll l-Arċipriet u s-saċerdoti qed jidħlu għal dan l-impenn li jżuru u jbierku d-djar kollha tal-parroċċa tagħna. It-tberik isir mill-4.30pm ‘il quddiem u nhar il-Ġimgħa se nibdew bid-djar fi Triq il-Knisja u Triq il-Parroċċa. Il-familji fejn ser isir it-tberik fix-xahar li ġej se jirċievu programm u dettalji fi djarhom.
  5. Is-Sibt 25/01:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba sal-Ħamis li ġej (23/01) fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  6. It-Tlieta 28/01:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza ħarġa għal Lascaris War Rooms, fil-Belt, u wara kafe’/te l-Barrakka ta’ fuq. Kitba għand il-membri tal-grupp.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 110 bħala donazzjoni b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Karmenu Micallef, li għadda għal ħajja ta’ dejjem.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.