avvizi parrocca

Avviżi – 16.02.2025

Avviżi – 16.02.2025  –  Is-6 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Kif tistgħu tosservaw, ix-xogħol fil-kappelluni tal-Knisja kompla fil-jiem li għaddew. Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lil kulħadd tal-koperazzjoni, lil dawk kollha li qed jgħinu b’mod volontarju fix-xogħol u fit-tindif, u lil min qiegħed jikkontribwixxi għall-ispejjeż.
  2. It-Tlieta 18/02:
    • Fid-9.30am ssir laqgħa oħra tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  3. Il-Ħamis 20/02:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni li jibda eżatt kif tispiċċa l-quddiesa ta’ filgħaxija; u
    • Fis-7.15pm issir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
  4. Avviżi oħra:
    • It-Tlieta 25/02 filgħodu l-Grupp tan-Nisa Magnificat se jorganizza ħarġa fil-Monasteru tas-Sorijiet tal-Klawsura, ta’ Sant’Ursula, fil-Belt. Dawk interessati jiġu għandhom ikellmu lill-membri tal-kumitat tal-grupp.
    • L-Erbgħa 26/02 – Mis-7.00am ’il quddiem fiċ-Ċimiterju ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun, minn numri 1 sa 12. Familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra mitluba jikkuntatjaw lill-Arċipriet sa nhar is-Sibt li ġej.
    • Il-Ġimgħa 28/02 – Fis-7.00pm l-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pasta Night fiċ-Ċentru Parrokkjali, attivita’ li tinkludi wkoll tombla. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 70 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja.
  6. Fl-aħħarnett, il-parroċċa qed tippubblika r-rendikonti finanzjarji tal- festa ta’ Santa Marija li ċċelebrajna s-sena li għaddiet:
    • Il-festa ta’ ġewwa swiet €14,468.17; id-dħul għaliha kien ta’ €14,892.03; u għalhekk fadal bilanċ ta’ €423.86.
    • Il-festa ta’ barra, li f’isem il-parroċċa jieħu ħsiebha l-Kumitat Festa Esterna, swiet €32,027.45. Id-dħul ammonta għal €33,211.13 u għalhekk ġie reġistrat bilanċ ta’ €1,183.68. Ir-rendikont sħiħ jinsab pubblikat għall-informazzjoni ta’ kulħadd fin-notice-boards ta’ barra l-knisja.
    • L-Arċipriet, il-kleru u l-kumitat tal-festa jirringrazzjaw lil kulħadd tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat kif ukoll lil diversi persuni li jagħtu ħinhom mingħajr ma jieħdu xejn lura biex seta’ jsir dan kollu u f’Awwissu ttellgħet festa lill-patruna tagħna Santa Marija. Issa nħarsu lejn il-festi speċjali li ġejjin tul din is-sena.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.