Avviżi – 23.02.2025 – Is-7 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Minħabba x-xogħol li qed isir fil-knisja, mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Mill-Ġimgħa filgħaxija, il-quddiesa jibda jsir normali fil-Knisja Arċipretali. Il-parroċċa hi grata ħafna għall-għajnuna u l-koperazzjoni ta’ ħafna fix-xogħol u fit-tindif meħtieġ.
- It-Tlieta 25/02:
- Fit-8.45am jitlaq it-trasport minn ħdejn l-għassa għall-ħarġa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ għall-Monasteru tas-Sorijiet tal-Klawsura, ta’ Sant’ Ursula, fil-Belt.
- L-Erbgħa 26/02:
- Mis-7.00am – Fiċ-Ċimiterju ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun bin-numri 1 sa’ 12. Familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra mitluba jikkuntatjaw lill-Arċipriet sal-lum.
- Il-Ħamis 27/02:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni.
- Il-Ġimgħa 28/02:
- Fis-7.00pm se norganizzaw Pasta Night bit-tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-booking miftuħ sal-Ħamis mis-sagristija, iċ-Ċentru Parrokkjali jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa.
- Il-Ħadd 02/03:
- Wara l-quddiesa, minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival.
- Avviżi oħra:
- L-Erbgħa 05/03 se nagħtu bidu għar-Randan, b’pellegrinaġġ penitenzjali li jibda fis-6.00pm minn quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali u jintemm fil-Knisja fejn ikollna l-quddiesa. Inħeġġukom nibdew ir-Randan, bħala mixja ta’ tama, billi nieħdu sehem flimkien.
- Is-Sibt 08/03 l-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 190 bħala donazzjonijiet għax-xogħol li għaddej bħalissa fil-Knisja. Nirringrazzjawkom.
Ikkummenta