Avviżi – 02.03.2025 – It-8 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 02/03:
- Wara l-quddiesa, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival.
- It-Tlieta 04/03:
- Fit-8.15pm – Laqgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-Fratelli bi tħejjija għar-Randan u għall-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġu lill-fratelli preżenti, lil dawk li kienu, u lil min jixtieq jingħaqad mal-grupp tal-fratelli biex jattendi.
- L-Erbgħa 05/03, l-Erbgħa tal-Irmied, il-bidu tar-RANDAN Imqaddes:
- Infakkru li matul dan il-jum hemm l-obbligu għas-Sawm u l-Astinenza
- Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ indiema, konverżjoni u penitenza.
- Fis-6.00pm nibdew ir-Randan – din il-mixja ta’ tama – b’Pellegrinaġġ miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Knisja. Fil-pellegrinaġġ wara x-xbieha tas-salib jieħdu sehem ukoll il-fratelli, l-abbatini u l-kor parrokkjali. Se ngħaddu minn dawn it-toroq: il-Knisja, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġużè Ellul Mercer, Misraħ il-Mafkar, Pawlu Ebejer, Dun Karm Frendo, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela u l-Parroċċa. Kif naslu l-Knisja tiġi ċċelebrata l-quddiesa li fiha niċċelebraw iċ-ċentralità tas-salib f’dan iż-żmien speċjali għall-Knisja. Inħeġġeġ lil kulħadd jattendi biex nagħtu bidu flimkien għall-mixja ta’ 40 ġurnata li twassalna għall-akbar festa għalina l-insara.
- Il-Ħamis 06/03:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni.
- Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M tal-bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
- Il-Ġimgħa 07/03, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna qrar fil-Knisja.
- Fis-6.00pm – Via Sagra (Matul ir-Randan, il-Via Sagra tintalab fil-knisja kull nhar t’Erbgħa u Ġimgħa, minflok ir-Rużarju.)
- Is-Sibt 08/03:
- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba sal-Ħamis li ġej (06/03) fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Il-Ħadd 09/03:
- Il-ġabra tkun għas-Seminarju tal-Arċisqof, bħala sostenn fil-ħidma li ssir biex jirċievu l-formazzjoni tagħhom is-saċerdoti ta’ għada.
- L-Erbgħa 12/03:
- Mill-4.15pm sas-6.30pm – L-Għaqda tal-Kompensatriċi qed torganizza irtir bil-quddiesa fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, Ħal Luqa. Min jixtieq jattendi jinkiteb fis-sagristija sal-Ħadd 09/03.
- Avviżi oħra:
- Il-Ħamis 06/03 – Bejn id-9.00am u 12.00pm – Is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. (sezzjoni tal-bniet) ser jorganizzaw seminar għal kulħadd fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet tas-Siġġiewi. Min hu mħajjar jikkuntattja lis-Superjura.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 605 f’donazzjonijiet għax-xogħol ta’ manutenzjoni li qed isir fil-knisja; u
- € 50 bħala donazzjoni b’risq il-manutenzjoni taċ-Ċimiterju.
- Il-parroċċa tirringrazzja ħafna lil dawk li qegħdin ikunu ta’ għajnuna kemm b’donazzjonijiet kif ukoll b’ħidma volontarja speċjalment fit-tindif tal-Knisja. Nhar il-Ġimgħa 07/03 mit-8.00am ‘il quddiem ser jsir aktar tindif u napprezzaw mill-ġdid l-għajnuna ta’ kull min jistà.
Ikkummenta