avvizi parrocca

Avviżi – 09.03.2025

Avviżi – 09.03.2025  –  L-1 Ħadd tar-Randan

  1. Mit-Tnejn 10/03 sal-Ġimgħa 14/03 (minbarra t-Tlieta):
    • Fid-9.00am tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċentru Parrokkjali; u fid-9.30am  jkollna l-ewwel kors ta’ eżerċizzi miftuħ għal kulħadd liser isiru fiċ-ċentru stess. Dawn se jitmexxew minn Mons. AntonGouder.
  2. It-Tlieta 11/03:
    • Fid-9.30am laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-kelliema tkun mis-Sedqa u s-suġġett ikun: Il-Komunikazzjoni.
  3. L-Erbgħa 12/03:
    • Mill-4.15pm sas-6.30pm – L-Għaqda tal-Kompensatriċi qed torganizza irtir miftuħ għal kulħadd li jinkludi quddiesa fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, f’Ħal Luqa. Min jixtieq jattendi jinkiteb fis-sagristija sa’ llum.
  4. Il-Ħamis 13/03:
    • Fis-7.00pm – wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni fil-Knisja.
  5. Avviżi tar-Randan:
    • It-tema li għażlet il-parroċċa għal dawn l-40 ġurnata hi: “Ħares lejn Kristu Kurċifiss, biH tasallek it-tama.” Tkun ħaġa tajba li nsibu aktar ħin għat-talb, kemm weħidna kif ukoll bħala familja. Biex ngħinu f’dan, fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama fin-nofs tal-Knisja għandna armat kurċifiss antik. Fil-parroċċa għandna wkoll il-Kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Salesjan li tkun miftuħa kuljum mis-7.00am sad-9.00pm
    • Ta’ għajnuna fil-mixja spiritwali tagħna huma l-eżerċizzi, li jibdew din il-ġimgħa bl-eżerċizzi għal kulħadd filgħodu fiċ-Ċentru. Fil-ġimgħa li tibda mit-Tnejn 24 ta’ Marzu ser ikollna l-ezerċizzi għall-familja li se jitmexxew minn Fr Frankie Cini MSSP; u fil-ġimgħa tad-Duluri, mit-Tnejn sal-Erbgħa fil-quddiesa ta’ filgħaxija l-Arċipriet, Dun David Farrugia, ser imexxi eżerċizzi għal kulħadd. Inħeġġeġ għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa.
    • Il-karità tagħna matul dan ir-Randan se tmur għall-missjoni ta’ Dun George Scerri MSSP fil-Perù. Dun George, li hu minn Ħad-Dingli, għadu kemm wasal għal ftit ġranet fostna u nhar is-Sibt 29/03 se niċċelebraw flimkien bħala parroċċa s-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Dakinhar kulħadd mistieden għall-quddiesa tas-6.30pm.
    • Il-karita’ li se nagħtu aħna għall-missjoni ta’ Dun George se tintuża biex ngħinuh jiġu attrezzati żewġ klassijiet li għaud kemm bena għad-duttrina tat-tfal, xiri ta’ affarijiet tal-iskola għal tfal foqra, u għajnuna għax-xiri ta’ mediċini u operazzjonijiet.
    • Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għal dan il-għan jista’ jħallihom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti jew mas-saċerdoti. Il-karus ta’ mħabba li ser jitqassam lit-tfal ser ikun għal dan il-għan ukoll.
    • Bħala ġest ta’ karita’ fil-parroċċa, ħdejn il-bibien tal-Knisja ser ikollna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn.
    • Inizjattivi oħra li se nieħdu fir-Randan jitħabbru fiż-żmien li ġej.
  6. Avviżi oħra:
    • Matul din il-ġimgħa, l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq.
    • Is-Sibt 22/03: Mill-5.15pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 900 bħala ġabra speċjali għall-manutenzjoni tal-knisja.
    • € 155 bħala donazzjonijiet bl-istess għan.
  8. Nitolbu għal Simone Galdes u għal Luigi (Ġiġi) Muscat li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.