Avviżi – 16.03.2025 – It-2 Ħadd tar-Randan
- Illum, il-Ħadd 16/03:
- Bejn it-8.30am u nofsinhar membri tal-Kummissjoni Tfal ser ibiegħu zeppoli ta’ San Ġużepp fuq iz-zuntier.
- L-Erbgħa 19/03, Solennità ta’ San Ġużepp:
- Tajjeb li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-quddies. Il-ħinijiet ser ikunu fis-6.00am, fis-7.30am, fit-8.30am u filgħaxija fis-6:30pm.
- Il-Ħamis 20/03:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni.
- Fis-7.45pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Is-Sibt 22/03:
- Mill-5:15pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Mill-Ġimgħa 28/03 sat-Tnejn 31/03:
- F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja jkollna l-Bring & Buy b’riżq il-parroċċa fejn ikollna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar; kotba u rigali reliġjużi; u ħelu tradizzjonali ta’ dan iż-żmien tas-sena. Ser jittieħdu wkoll ordnijiet għall-figolli li mbagħad jitwasslu fid-djar eqreb għall-Għid.
- Avviżi oħra:
- Il-Kor tat-Tfal Joy of the Gospel qiegħed jagħmel sejħa lil tfal minn 7 snin ‘il fuq li jixtiequ jissieħbu fil-kor biex jattendu għal rehearsals li qed isiru nhar ta’ Ġimgħa fis-6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Infakkru li l-karità tagħna matul dan ir-Randan se tmur għall-missjoni ta’ Dun George Scerri fil-Perù. Dun George jinsab magħna biex nhar is-Sibt 29/03 niċċelebraw flimkien bħala parroċċa s-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Dakinhar kulħadd mistieden għall-quddiesa tas-6.30pm.
- Il-karita’ li se nagħtu aħna għall-missjoni ta’ Dun George se tintuża biex ngħinuh jiġu attrezzati żewġ klassijiet li għadu kemm bena għad-duttrina tat-tfal, xiri ta’ affarijiet tal-iskola għal tfal foqra, u għajnuna għax-xiri ta’ mediċini u operazzjonijiet.
- Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għal dan il-għan jista’ jħallihom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti jew mas-saċerdoti.
- Il-karus ta’ mħabba li tqassam lit-tfal hu għal dan il-għan ukoll. Tfal li m’għandhomx karus jistgħu jiġbru wieħed mill-qoffa li hemm ħdejn is-salib fuq l-artal.
- Bħala ġest ta’ karita’ fil-parroċċa, ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn.
- Inħeġġu lill-koppji, lill-mexxejja tal-familji u lill-għarajjes biex mit-Tnejn 24 sal-Ġimgħa 28/03 fis-7.00pm jkunu hawnhekk fil-Knisja biex jisimgħu kelma ta’ ġid u ħsibijiet spiritwali għar-Randan waqt eżerċizzi li se jitmexxew minn Fr Frankie Cini MSSP.
- Din is-sena fil-Ġimgħa Mqaddsa l-parroċċa se torganizza: Pellegrinaġġ għar-Redentur mirakoluż meqjum fil-Bażilika tal-Isla, nhar it-Tlieta 15/04 filgħaxija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 1,000 bħala ġabra għas-Seminarju tal-Arċisqof. Ir-Rettur bagħat jirringrazzjana.
- € 130 bħala donazzjonijiet għax-xogħol ta’ manutenzjoni li għaddej fil-Knisja fejn din il-ġimgħa bdejna wkoll is-sagristija prinċipali. Nirringrazzjawkom.
Ikkummenta