avvizi parrocca

Avviżi – 23.03.2025

Avviżi – 23.03.2025  –  It-3 Ħadd tar-Randan

  1. Nhar it-Tlieta 25/03 tkun is-Solennita tat-Tħabbira tal-Mulej – l-Annunzjata. Għalhekk bix-xieraq li insellmu lil Ommna Marija u nitolbuha ta’ spiss anke matul din is-sena billi ngħidu t-talba:
    • “Qaddisa Marija, għallimna nemmnu, nittamaw u nħobbu flimkien miegħek, ħalli nagħrfu dejjem aktar nilqgħu lil Kristu Ibnek fina u nwassluH lil ta’ madwarna. Urina t-triq lejn is-saltna tiegħu u mexxina Int fil-mixi tagħna għas-sema pajjiżna!” (Ispirata mit-Talba li tagħlaq l-enċiklika SPE SALVI tal-Papa Benedittu XVI). Ngħiduha flimkien . . .
  2. Mit-Tnejn 24/03 sal-Ġimgħa 28/03:
    • Fis-7.00pm ikollna l-EŻERĊIZZI TAL-FAMILJA fil-knisja mmexxija minn Fr Frankie Cini MSSP. Koppji, mexxejja ta’ familji u għarajjes mhux biss huma mistiedna imma mħeġġa jattendu għal din l-opportunità li l-parroċċa qed toffri biex f’dan ir-Randan nisimgħu, nitolbu u nirriflettu.
  3. It-Tnejn 24/03:
    • Fil-4.45pm, fil-Knisja Arċipretali, issir l-ewwel qrara għat-tfal bniet li f’Ġunju se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
  4. Il-Ħamis 27/03:
    • Fil-4:45pm, fil-Knisja Arċipretali, issir l-ewwel qrara għas-subien.
  5. Mill-Ġimgħa 28/03 sat-Tnejn 31/03:
    • F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja jkollna l-Bring & Buy b’riżq il-parroċċa fejn ikollna għall-bejgħ oġġetti ġodda u second hand bi prezzijiet tajbin ħafna. Jekk hawn min jixtieq joffri xi oġġetti f’kundizzjoni tajba jista’ jġibhom f’dawk il-ġranet stess. Ser ikollna wkoll bejgħ ta’ kotba u oġġetti reliġjużi marbutin mar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa u ħelu Malti. Se jittieħdu ordnijiet għall-figolli li mbagħad jitwasslu fid-djar eqreb għall-Għid.
  6. Is-Sibt 29/03:
    • Fis-6:30pm – Quddiesa mmexxija minn Dun George Scerri M.S.S.P. li fiha bħala parroċċa nroddu ħajr lil Alla flimkien miegħu għas-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Kulħadd mistieden.
  7. Il-Ħadd 30/03:
    • Mit-8.30am sas-1.00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit ħdejn il-Knisja. Meħtieġa l-Karta tal-Identità.
    • Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem tat-Tfal li għamlu l-Ewwel Qrara.
  8. Avviżi oħra:
    • Is-Sibt 05/04:- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
    • It-Tlieta 15/04: Pellegrinaġġ għax-xbieha tar-Redentur Mirakoluż li jinsab fil-Bażilika tal-Isla.
    • Fis-sagristija bdejna nieħdu l-ismijiet ta’ dawk li jixtiequ jattendu għal dan il-Pellegrinaġġ. It-trasport se jitlaq minn Ħad-Dingli fl-4.00pm u se jintużaw mini-buses biex iwassluna qrib kemm jista’ jkun tal-Knisja.
    • Fid-djar qed jitqassmu envelopes biex ngħinu ħidmet il-Kumitat Festa Esterna fil-ħarsien tal-armar tal-festa ta’ Santa Marija u biex ikompli b’investiment ġdid f’dan is-settur. L-envelopes bid-donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti fil-knisja; fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali; jew f’kaxxi f’xi ħwienet f’Ħad-Dingli stess kif hemm spjegat fuq l-envelope u fil-flyer li qed jitqassam miegħu.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 35 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja.
  10. Nitolbu għall-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawl Cremona O.P., li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.