avvizi parrocca

Avviżi – 30.03.2025

Avviżi – 30.03.2025  –  Ir-4 Ħadd tar-Randan

  1. Illum 30/03:
    • Mit-8.30am sas-1.00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Trid tintwera l-Karta tal-Identità.
    • Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Qrara.
  2. Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser issir l-Erbgħa 02/04 minflok it-Tlieta. Il-laqgħa tibda fid-9.30am u se tkun indirizzata minn uffiċjal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u parti oħra minn Dun Ġorġ Scerri M.S.S.P.
  3. Il-Ġimgħa 04/04, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu – Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna l-qrar fil-Knisja;
    • Fis-6.30pm Quddiesa u wara ħin ta’ talb u adorazzjoni tas-Salib fl-istil ta’ Taizè. Inkunu lesti sat-7.45pm.
  4. Is-Sibt 05/04:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba sal-Ħamis li ġej (03/04) fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  5. Avviżi oħra:
    • Matul din il-ġimgħa l-katekisti tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet ser ikunu qed jattendu l-eżerċizzi spiritwali għalihom u għalhekk it-tfal bniet mhux ser ikollhom lezzjonijiet tal-katekiżmu.
    • Infakkru fl-għotjiet għall-proġett ta’ armar ġdid għall-festa, bl-envelopes li tqassmu fid-djar tistgħu tħalluhom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali jew f’kaxxi fi ħwienet li hemm imniżżla fuq l-envelope stess. Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzjakom.
    • Matul dan il-weekend, u t-Tnejn 31/03, għandna Bring and Buy b’risq il-parroċċa f’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja. Issibu tixtru oġġetti ġodda jew second hand bi prezzijiet tajbin. Għandna wkoll ħelu tradizzjonali għal dan iż-żmien tas-sena, ordinijiet ta’ figolli tal-Għid u taqsima b’kotba u rigali reliġjużi adattati għar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistednukom tagħtu titwila wara l-quddiesa.
    • Infakkar ukoll li:
      • Il-Ħamis 10/04, lejlet id-Duluri, fis-7.00pm se tiġi organizzata Lejla Mużiko-Letterarja fil-Knisja Arċipretali. Kulħadd mistieden.
      • It-Tlieta 15/04 fil-Ġimgħa Mqaddsa ser ikollna Pellegrinaġġ għar-Redentur meqjum fil-Bażilika tal-Isla. Nitilqu minn Ħad-Dingli fl-4.00pm;
      • L-Erbgħa 23/04 – Ġurnata Għawdex. Booking fis-sagristija jew fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 15 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.

 

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.