Avviżi – 06.04.2025 – Il-5 Ħadd tar-Randan
- Mit-Tnejn 07/04 sal-Erbgħa 09/04:
- Filgħodu jsiru l-Eżerċizzi tat-tfal fl-iskola primajra; u
- Filgħaxija se jiġi organizzat l-aħħar kors ta’ eżerċizzi spiritwali. Dawn ser isiru fil-quddiesa tas-6.30pm u se jitmexxew mill-Arċipriet. Inħeġġu għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa.
- F’dawn il-ġranet, il-parroċċa se twassal fi djarkom il-programm dettaljat tal-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġiġkom issegwuh u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet u l-inizjattivi mħejjija għal dan iż-żmien. Id-dettalji kollha jkunu wkoll fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
- Il-Ħamis 10/04, lejlet id-Duluri, ser ikun jum iddedikat għar-rikonċiljazzjoni. Għalhekk ser ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja mis-6.30 sas-7.30am u mis-5.45pm ’il quddiem. Fis-7.00pm qed nistiednu lil kulħadd għal Lejla Mużiko-Letterarja fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tal-Kor tat-Tfal Joy of the Gospel u mużiċisti mill-Għaqda Mużikali Santa Marija. Ikun hemm ħsieb spiritwali u se jiġi inawgurat kurċifiss li ngħata b’donazzjoni lill-parroċċa. Inkunu lesti sat-8.15pm.
- Il-Ġimgħa 11/04, Festa Devozzjonali tad-Duluri:
- Il-ħinijiet tal-quddiesa jkunu fis-6.00, 7.30, 12.00, il-5.30pm u wara l-purċissjoni (għall-ħabta tas-7.30pm).
- Ikollna qrar mis-6.30 sas-7.30am u mill-4.30pm ‘il quddiem.
- Il-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri toħroġ għall-ħabta tas-6.15pm.
- Is-Sibt 12/04:
- Fil-11.00am tiġi nawgurata l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li l-grupp tal-Abbatini qed jorganizza fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum, bit-tema: ‘Id-Dawl tat-Tama’.
- Filgħaxija, fl-4.30 ikollna quddiesa, fil-5.30 l-għasar u l-quddiesa li s-soltu tibda fis-6.30 se tkun fis-6.00, jiġifieri tibda nofs siegħa qabel is-soltu, minħabba l-pageant organizzat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija mat-toroq ta’ Ħad-Dingli.
- Il-Ħadd 13/04, Ħadd il-Palm u bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa:
- Fid-9.00am nistednukom tinġabru fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Minnhemmhekk nitilgħu f’purċissjoni lejn il-Knisja fejn fid-9.30am inkomplu bil-quddiesa li matulha t-tfal jippreżentaw il-Karus ta’ Mħabba, li hi l-għotja li se jagħtu bħala skarita’ għall-Ġimgħa Mqaddsa.
- Avviżi oħra:
- Infakkar fil-ġesti ta’ karità li qed ninkoraġġixxu f’dan ir-Randan:
- Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn;
- Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għall-karità jista’ jħallihom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti jew mas-saċerdoti, bil-flus miġbura ser jingħataw għall-missjoni ta’ Dun George Scerri MSSP fil-Perù; u Caritas Malta qed tagħmlilna sejħa biex nitolbu u ngħinu kemm finanzjarjament u kemm materjalment lil dawk li ġew milquta mit-terremoti tal-Myanmar.
- Infakkar ukoll li:
- Fi tmiem din il-ġimgħa, f’Dar Dun Ġwann Abela għaddej il-Bring and Buy. F’din l-attivita’ qiegħed jinbiegħ ukoll ħelu ta’ dan iż-żmien, u kotba u rigali reliġjużi. Wara l-quddiesa nistedinkom tagħtu titwila.
- It-Tlieta 15/04, fil-Ġimgħa Mqaddsa, ser ikollna Pellegrinaġġ għar-Redentur meqjum fil-Bażilika tal-Isla. It-trasport jitlaq fl-4.00pm minn fejn l-Għassa.
- L-Erbgħa 23/04 ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata Għawdex. Booking u dettalji għal dawn l-attivitajiet mis-sagristija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 105 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
Ikkummenta