avvizi parrocca

Avviżi – 20.04.2025

Avviżi – 20.04.2025  –  Ħadd il-Għid il-Kbir

  1. Illum 20/04, l-Għid il-Kbir:
    • L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha.
    • Wara l-quddiesa tal-4.30pm joħroġ il-Vjatku Solenni tal-morda bis-sehem tal-fratelli u l-abbatini.
  2. It-Tnejn 21/04:
    • Inkomplu bit-tieni parti tat-Tberik tal-Familji għal din is-sena. Il-familji se jirċievu programm u dettalji fid-djar, fil-jiem ta’ qabel ikun ser isir it-tberik.
  3. L-Erbgħa 23/04:
    • Infakkru lil dawk li nkitbu għall-ħarġa għal Għawdex li t-tluq tat-trasport ser ikun fis-7.30am minn ħdejn l-għassa. L-attivita’ hi fully booked.
  4. Il-Ħadd 27/04, It-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina:
    • Fl-4:00pm – Tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat u fil-5:00pm tibda l-Quddiesa.
    • Minn dakinhar, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5.00pm.
  5. Avviżi oħra:
    • Il-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq u tul iż-żmien tat-Tberik jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija biss.
    • F’xi ġranet matul il-ġimgħa d-dieħla sal-Ħadd li ġej, il-wirja mtellgħa mill-Grupp tal-Abbatini fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena se tkun miftuħa għal żjarat mill-pubbliku.
    • Is-Sibt 3/5 ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-aħħar wieħed qabel il-waqfa għas-sajf.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 50 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  7. Nitolbu għal Doris Gauci u Carmelo Farrugia li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.