avvizi parrocca

Avviżi – 27.04.2025

Avviżi – 27.04.2025  –  It-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina

  1. Illum 27/04:
    • Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fl-okkażjoni tal-Ħadd tal-Ħniena Divina; u
    • Fil-5.00pm tibda l-Quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali.
    • Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum jibda jkun fil-5.00pm.
  2. It-Tlieta 29/04:
    • Fid-9.30am ikomplu l-laqgħat tal-Grupp “Magnificat” fiċ-Ċentru.
  3. Il-Ħamis 01/05 – Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem:
    • Fis-6.30pm il-quddiesa fil-parroċċa tagħna ser noffruha b’suffraġju għall-Papa Franġisku, u wara jkollna mument qasir ta’ adorazzjoni.
  4. F’Mejju l-knisja tħeġġiġna nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-ġranet fost il-ġimgħa r-rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.30 am u fis-6.00pm. Tul dan ix-xahar ukoll, bil-għajnuna tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija r-Rużarju ser jingħad ukoll fil-beraħ f’diversi żoni tal-parroċċa.
  5. Il-Ġimgħa 02/05, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-Morda fi djarhom; u fit-8.30am ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
    • Fis-7.30pm jingħad rużarju fil-beraħ ħdejn iċ-Ċimiterju. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  6. Is-Sibt 03/05:
    1. Mill-5:15pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija Ħad-Dingli”.
  7. Avviżi oħra:
    • Matul din il-ġimgħa jkompli t-Tberik tal-familji. Il-programm sħiħ jinsab fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa qed jitqassam fid-djar tal-familji fejn qed isir it-tberik. Inħeġġeġ lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
    • Fil-Knisja, wara li ntemm il-proċess tal-għażla tal-kuluri taż-żebgħa, qed jiġu applikati l-aħħar passati ta’ żebħga mal-ħitan fil-kappelluni. Fil-ġimgħa li ġejja se jiżżarmaw il-pitturi tal-kor (wara l-artal) biex kif sar fil-kappelluni, jitqaxxru l-ħitan u jsir dak kollu meħtieġ biex tiġi applikata żebgħa ġdida lill-ħitan.
    • Bil-għan li x-xogħol ikompli b’ritmu tajjeb u jitnaqqas l-inkonvenjent għal kulħadd, bħalma għamilna fi Frar, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddiesa kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan l-arranġament se jibda mit-Tnejn 05/05 u l-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja biex il-quddiesa ta’ tmiem il-ġimgħa ssir normali hawnhekk.
    • Matul Mejju u Ġunju wkoll ser tkun qed titwettaq t-tieni fażi tal-installazzjoni ta’ dawl ġdid għall-knisja minn ġewwa. F’din il-fażi se jsir dawl għas-saqaf, in-navi u n-niċeċ fihom. Parti mill-ispiża ta’ dan ix-xogħol se titħallas minn fondi li l-parroċċa kisbet bi skema tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma.
    • Nirringrazzjaw lil kull min qiegħed jagħtu sehemu u lil kulħadd għall-koperazzjoni, speċjalment bl-għotjiet tagħkom fil-ġbir. Il-ġbir speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar fil-knisja, bħalma se nagħmlu l-Ħadd li ġej 04/05, ser jibqa’ jkun iddedikat biex niġbru l-fondi għall-ispejjeż sostanzjali ta’ dawn ix-xogħlijiet. Min jixtieq jista’ jħalli wkoll donazzjonijiet privati mal-Arċipriet jew is-saċerdoti.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 45 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.