avvizi parrocca

Avviżi – 01.06.2025

Avviżi  – 01.06.2025  –  Is-7 Ħadd tal-Għid

It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il -Komunikazzjoni Soċjali

  1. It-Tnejn 02/06:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
  2. Il-Ħamis 05/06:
    • Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni.
    • Fis-7.15pm – L-Arċipriet imexxi laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
  3. Il-Ġimgħa 06/06, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  4. Il-Ħadd 08/06, Għid il-Ħamsin – Pentekoste:
    • Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  5. Avviżi oħra:
    • Illum 01/06 – Fil-kappella tal-Palazz Verdala, fil-Buskett, qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Dettalji fin-notice-boards.
    • L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti jirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li tajtuhom meta fil-ġimgħat li għaddew żaru d-djar għat-tberik. Jirringrazzjawkom ukoll tad-donazzjoni għall-parroċċa.
    • Il-Ġimgħa 13/06, Fis-6:30pm – Quddiesa, u wara attività għall-Irġiel: Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sal-Erbgħa 11/06. Trasport organizzat jitlaq fis-715pm. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom jiġu wkoll.
    • Il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tfakkar li dawk il-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ din is-sena (2025) huma mitluba jirreġistraw lil uliedhom mill-aktar fis possibbli. Għaldaqstant min għadu ma kitibx it-tfal, jista’ jagħmel dan billi jiġbor applikazzjoni mill-iskola stess.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.