Avviżi – 04.05.2025 – It-3 Ħadd tal-Għid
- Mit-Tnejn jibda x-xogħol ta’ tqaxxir taż-żebgħa fil-kor tal-Knisja. Bil-għan li x-xogħol isir b’ritmu tajjeb u jitnaqqas l-inkonvenjent għal kulħadd, il-quddies kollu mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan l-arranġament se jibda minn għada t-Tnejn 05/05. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u għalhekk qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8:00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd li ġej isir normali hawnhekk.
- It-Tnejn 05/05:
- Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
- L-Erbgħa 07/05:
- Fl-4.30pm jibda l-konklavi tal-kardinali għal ħatra ta’ Papa ġdid. Inħeġġukom sabiex f’dawn il-ġranet nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jdawwal il-ħidma u l-għażliet tal-kardinali biex ikollna ragħaj skont il-qalb ta’ Alla għall-Knisja fi żmienna.
- Jibdew ukoll il-15-il Erbgħa ta’ Santa Marija. Inħeġġukom tiġu tinvistaw lil Santa Marija u tieħdu sehem fl-Ewkaristija. Fl-Erbgħat, fil-media soċjali tal-parroċċa se jkun hemm talba li tgħinna nħejju spiritwalment għall-festa.s
- Il-Ħamis 08/05, Festa tal-Madonna ta’ Pompej:
- Fil-11.30am jingħad ir-Rużarju bis-Supplika lill-Madonna u f’12.00pm tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Fis-7.30pm jingħad Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi sqaq numru 2, fi Triq ir-Rabat. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
- Il-Ġimgħa 09/05 – Festa ta’ San Ġorġ Preca:
- Il-quddiesa tas-6.30pm ma ssirx fiċ-Ċentru imma fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien u tkun animata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa. Kulħadd mistieden jattendi.
- Il-Ħadd 11/05, ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Jum il-Vokazzjonijiet u Jum l-Omm:
- Fid-9.00am isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
- It-Tlieta 13/05:
- Marbuta ma’ Jum l-Omm, filgħodu ser issir ħarġa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ li tikkonsisti f’buffet breakfast f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
- Avviżi oħra:
- Monsinjur Arċisqof, fuq xewqa u nomina tal-Arċipriet tar-Rabat, approva l-ħatra ta’ Dun Christopher Bugeja bħala Kanonku effettiv tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl fir-Rabat. Hu se jibqa’ jagħti servizz pastorali fil-parroċċa tagħna. Nifirħulu u nitolbu għalih.
- Il-ġimgħa d-dieħla jkompli t-tberik tal-familji skont il-programm li tqassam fid-djar u li jinsab ippubblikat fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
- Matul il-weekend li ġej ser ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali minn fuq iz-zuntier.
- Matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, mill-parroċċa tagħna saru dawn il-ġesti ta’ solidarjetà:
- Għall-missjoni ta’ Dun George Scerri M.S.S.P. inġabru:
- € 1,580 mill-kaxxa għall-karità; u
- € 495 mingħand it-tfal permezz tal-Karus ta’ Mħabba.
- Lill-familji fil-bżonn għenniehom permezz ta’ 18-il hamper b’diversi oġġetti u prodotti tal-ikel miġbura fil-kaxxi li kellna fejn il-bibien tal-Knisja.
- Kien hemm ukoll 28 persuna li resqu biex jagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit. Grazzi u prosit.
- Għall-missjoni ta’ Dun George Scerri M.S.S.P. inġabru:
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 135 bħala donazzjonijiet għax-xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fil-Knisja. Grazzi.
Ikkummenta