avvizi parrocca

Avviżi – 11.05.2025

Avviżi  – 11.05.2025  –  Ir-4 Ħadd tal-Għid – Jum il-Vokazzjonijiet

  1. Nirringrazzjaw lil Alla għall-ħatra tal-Papa Ljun XIV bħala l-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika. Nitolbu ħafna għalih sabiex jaqdi b’ġenerożità u fedeltà l-missjoni fdata lilu.
  2. Kif tistgħu tosservaw, ix-xogħol fil-Kor tal-Knisja kompla fil-jiem li għaddew. Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u għalhekk qed insejħu lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8:00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lil kulħadd tal-koperazzjoni, lil dawk kollha li qed jgħinu b’mod volontarju fix-xogħol u fit-tindif, u lil min qiegħed jikkontribwixxi għall-ispejjeż.
  3. Illum 11/05 – Jum l-Omm:
    • Matul dan il-weekend għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali minn fuq iz-zuntier.
    • Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji, se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
  4. It-Tlieta, 13/05:
    • Ħarġa organizzata mill-Grupp tan-Nisa Magnificat fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm li tikkonsisti f’buffet breakfast f’lukanda f’San Ġiljan. It-trasport jiltaq minn ħdejn l-għassa fid-9.00am u niġu lura għas-1.00pm. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp sat-Tnejn filgħodu.
  5. Il-Ħamis 15/05:
    • Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  6. Il-Ġimgħa 16/05:
    • Fis-7.30pm – Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fil-ġnien ta’ Misraħ Santa Duminka. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  7. Is-Sibt 17/05:
    • Fid-9.30am Monsinjur Arċisqof se jmexxi quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li fiha 3 djakni ser jiġu ordnati presbiteri, fosthom is-Salesjan Fr Johan Bugeja, li hu responsabbli mill-Oratorju Salesjan fil-parroċċa tagħna. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.
  8. Il-Ħadd 18/05, Il-5 Ħadd tal-Għid – Jum il-Karità:
    • Il-ġbir fil-knisja jkun b’risq l-istituzzjonijiet ta’ karità li għandha l-Knisja f’Malta.
  9. Avviżi oħra:
    • L-Arċipriet u s-saċerdoti jirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li qegħdin tagħtuhom waqt it-tberik tal-familji li jkompli matul il-ġimgħa li ġejja. Inkomplu nħeġġu biex il-membri tal-familji jkunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 750 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
    • € 225 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
  11. Nitolbu għall-erwieħ ta’ James Ebejer u Giovanna Farrugia li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.