avvizi parrocca

Avviżi – 18.05.2025

Avviżi  – 18.05.2025  –  Il-5 Ħadd tal-Għid – Jum il-Karità

  1. Ix-xogħol fil-kor tal-Knisja Arċipretali kompla javvanza.  Għaldaqstant, minn għada t-Tnejn 19/05, il-quddiesa jerġa’ jibda jiġi ċċelebrat fil-Knisja b’mod normali.  Il-ġimgħa d-dieħla jitkompla x-xogħol taż-żebgħa u nkomplu narmaw il-Knisja bil-bankijiet u s-siġġijiet li bħalissa jinsabu stivati.  Dan jirrikjedi wkoll tindif u ħasil li ser ikun qed isir nhar l-Erbgħa u l-Ħamis filgħodu.  Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ min jista’ jiġi u jagħti daqqa t’id.  Grazzi lil kulħadd, li min b’mod u min b’ieħor qed nagħtu sehemna.
  2. It-Tlieta 20/05:
    • Fid-9.30am laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-aħħar laqgħa tkun it-Tlieta ta’ wara u se tieħu l-format ta’ ħarġa soċjali u kulturali fil-Crafts Village, Ta’ Qali. Il-ħarġa hi miftuħa għal kulħadd u min hu interessat għandu jinkiteb mal-membri tal-kumitat.
  3. Il-Ġimgħa 23/05:
    • Fis-7.30pm jingħad Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija f’Misraħ il-Mafkar. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  4. Is-Sibt 24/05:
    • Il-quddiesa tal-4.30pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  5. Il-Ħadd 25/05:
    • Il-ġbir fil-quddiesa jkun għall-festa ta’ barra ta’ Santa Marija.
  6. Avviżi oħra:
    • Ikompli t-tberik tal-familji. Infakkar li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija. It-tberik tat-toroq: il-Gvernatur William Reid u x-Xagħra l-Kbira li kellhom jiġu posposti mill-jum oriġinali tal-programm minħabba l-maltemp ser isiru t-Tlieta 27/05.
    • Ninsabu tliet xhur ‘il bogħod mill-festa ta’ Santa Marija. Il-parroċċa qed tħabbar it-tema magħżula għall-festa, li hi silta mit-talba tas-Salve Regina: “Ħajja, ħlewwa u tama tagħna”. Illum ukoll ippubblikajna l-logo rebbieħ ta’ kompetizzjoni li organizzajna għad-disinn ta’ logo biex infakkru l-75 sena tad-Domma tal-Assunta. Il-logo jinsab man-notice boards. U mal-faċċata tal-Knisja, filgħaxijiet qed jinxtegħlu s-snin marbuta mal-istess anniversarju u għalhekk 1950 u 2025. Aktar dettalji f’feature fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 575 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
  8. Nitolbu għal ruħ Renè Farrugia li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.