Avviżi – 25.05.2025 – Is-6 Ħadd tal-Għid
- It-Tlieta 27/05:
- Il-Grupp tan-Nisa ’Magnificat’ se jorganizza ħarġa soċjali u kulturali ta’ nofs ta’ nhar fil-Crafts Village, f’Ta’ Qali. L-attività hi miftuħa għal kulħadd, b’kull min hu interessat li jattendi għandu jinkiteb sal-lum għand il-membri tal-kumitat tal-grupp. Tluq fid-9.00am minn ħdejn l-għassa.
- Il-Ġimgħa 30/05:
- Fis-7.30pm jingħad l-aħħar Rużarju fil-beraħ għax-xahar ta’ Mejju organizzat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija. Din it-talba se tingħad ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Ir-residenti tal-madwar, b’mod speċjali, huma mistiedna jattendu.
- Il-Ħadd 01/06:
- Ikun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali li tmur biex jitħallsu l-ispejjeż tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li qed issir fil-Knisja.
- It-Tnejn 02/06:
- Fis-7.15pm issir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
- Avviżi oħra:
- Il-programm tat-tberik tal-familji jintemm nhar it-Tlieta 27/05 permezz tat-tberik ta’ toroq: il-Gvernatur William Reid u x-Xagħra l-Kbira, li kellhom jiġu postposti mill-jum oriġinali tal-programm. Fil-jiem ta’ wara jkompli t-tberik b’appuntament. Dawk li ma setgħux ikunu d-dar u jixtiequ jbierku għandhom ikellmu lill-Arċipriet biex jingħataw appuntament.
- Fis-sagristija bdejna nilqgħu bookings mingħand l-irġiel għall-attività li nagħmlu kull sena qrib Jum il-Missier. Din is-sena ser tkun nhar il-Ġimgħa 13/06. Nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa ta’ filgħaxija u wara jkollna ikla għand Taċ-Ċanti, f’Ħaż-Żebbuġ.
- Il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa se jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju ‘Joseph Lowell għall-Familja.’ Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna jew familja fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju. Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 790 f’ġabra l-Ħadd li għadda għall-ħidmiet ta’ karita’ mwettqa mill-Knisja f’Malta; u
- € 60 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal Frank Bonello li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta