avvizi parrocca

Avviżi – 08.06.2025

Avviżi  – 08.06.2025  –  Għid il-Ħamsin – Pentekoste

  1. Illum 08/06:
    • Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem tal-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  2. It-Tnejn 09/06:
    • Fis-5.45pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina, fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  3. It-Tlieta 10/06:
    • Fil-5.00pm – Qrar fil-knisja għat-tfal bniet li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
    • Fis-5.45pm – Laqgħa għas-Subien fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
  4. Il-Ħamis 12/06:
    • Fil-5.00pm – Qrar fil-knisja għat-tfal subien li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
    • Fis-5.45pm – Laqgħa għall-bniet fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  5. Il-Ġimgħa 13/06:
    • Fil-5.00pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għall-Ewwel Tqarbina tat-tfal fil-Knisja.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa u wara qed nistiednu lill-irġiel jingħaqdu magħna għal attività organizzata għalihom fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fis-7.15pm jitlaq t-trasport għal ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sa nhar l-Erbgħa li ġej. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom.
  6. Is-Sibt 14/06:
    • Fil-5.00pm – Servizz ta’ qrar fil-knisja għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
  7. Il-Ħadd 15/06, it-Trinità Qaddisa u Jum l-Ewwel Tqarbina:
    • Fid-8.45am – Mill-Museumijiet tibda purċissjoni lejn il-Knisja mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina;
    • Fid-9.30am – Tibda l-quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina.
    • Minħabba l-preċett, il-Ħadd li ġej il-quddiesa tal-11:00am tibda kwarta wara, fil-11.15am.
  8. Avviżi oħra:
    • Is-Sibt 21/06, fis-6:30pm ser ikollna quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 800 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
    • € 85 bħala donazzjonijiet għall-istess għan. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.