avvizi parrocca

Avviżi – 13.07.2025

Avviżi – 13.07.2025  –  Il-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Erbgħa 16/07:
    • Ħarġa ta’ ġurnata f’Għawdex li tinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, waqfa fir-Rabat, ikel u għawm f’Marsalforn. Tluq tat-trasport fis-7.00am. Kitba għand il-membri tal-fund-raising jew fis-sagristija sa għada.
  2. Il-Ħamis 17/07:
    • Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. It-Tlieta 22/07, niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija Maddalena:
    • Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lilha fuq l-irdum. Din se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Monsinjur Joseph Galea Curmi. Wara jkollna attività soċjali li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija. Il-biljetti għall-ikel huma għall-bejgħ mis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa jew tal-fund-raising tal-parroċċa.
  4. Avviżi oħra:
    • Fil-jiem li ġejjin l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq u jerġa’ jiftaħ nhar l-Erbgħa 23/07.
    • Il-Ġimgħa 25/07: Fit-8.00pm il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American & Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja.
    • Il-Mixja tal-Festa ser issir nhar l-Erbgħa 30/07 u ser tkun lejn il-kappella tal-Madonna tal-Providenza, is-Siġġiewi.
    • Il-Kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija, nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Awwissu se nibdewha b’ċelebrazzjoni tal-Ġublew fil-Katidral tal-Imdina b’quddiesa li tibda fis-7.00pm. Dakinhar il-parroċċa se tipprovdi trasport b’xejn għal kulħadd li jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.15pm biex nieħdu sehem flimkien bħala parroċċa. Il-kitba għal dan it-trasport u għall-attivitajiet l-oħra li semmejt issir fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa jew tal-festa.
    • Infakkar li għall-aħħar parti tal-purċissjoni f’jum il-festa qed nerġgħu nistiednu lit-tfal biex jakkumpanjaw lill-banda bil-kant ta’ Innijiet Marjani. Għalhekk qed nagħmlu sejħa lit-tfal minn 7 snin ’il fuq biex jieħdu sehem. Ir-rehearsals ser isiru kull nhar ta’ Erbgħa fis-6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, bl-ewwel wieħed ikun nhar l-Erbgħa li ġej.
  5. Avviżi relatati ma’ proġetti u xogħlijiet ta’ manutenzjoni:
    • F’dawn il-ġranet ħarġet sejħa għall-offerti għall-installazzjoni ta’ lift fiċ-Ċentru Parrokkjali biex il-binja tkun aċċessibbli kollha għal kulħadd. Is-sejħa għall-offerti tagħlaq fl-1 ta’ Awwissu. Dettalji fuq il-facebook tal-parroċċa.
    • Fost diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-knisja, il-ħaddiem tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed joqorbu biex ilestu ż-żebgħa tal-bibien u twieqi tal-Knisja.
    • Bħalissa qed tiġi installata sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-altari u n-niċeċ tan-navi u għas-saqaf tal-knisja, liema xogħol qed ikun finanzjat fil-parti sostanzjali tiegħu mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA), bil-parroċċa tħallas parti żgħira.
    • Miexi wkoll ix-xogħol fl-injam taż-żewġ niċeċ li qed isiru fil-kappelluni bil-ħsieb li jiżżanżnu fil-festa li ġejja.
    • Qed jintemm ix-xogħol ukoll ta’ tqaxxir u spray mill-ġdid tal-4 bibien li mis-sagristiji jagħtu għall-knisja.
    • Dan kollu qed isir kemm grazzi għal kontribuzzjoni finanzjarja tagħkom fil-ġbir fil-Knijsa u b’offerti privati kif ukoll grazzi għal ħidma volontarja tant importanti ta’ diversi persuni mill-parroċċa li jagħtu ħafna ħin mingħajr ħlas biex isir ix-xogħol innifsu, il-preparazzjoni u t-tindif. Grazzi lil kulħadd għall-koperazzjoni.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 730 mill-ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja; u
    • € 65 f’donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Nirringrazzjakom.
  7. Nitolbu għal ruħ Salvina Tanti li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.