Avviżi – 20.07.2025 – Is-16-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tlieta 22/07, Festa ta’ Santa Marija Maddalena:
- Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella ddedikata lilha fuq l-irdum. Din se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju, Monsinjur Joseph Galea Curmi. Wara jkollna attività soċjali. Il-biljetti għall-ikel jinsabu għall-bejgħ mis-sagristija. Dakinhar, il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali ma ssirx.
- Il-Ħamis 24/07:
- Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 25/07:
- Fis-7.30pm il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza American &
- Bingo Night fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. L-attivita’ tinkludi tombla u ikel fuq stil Amerikan. Booking fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Avviżi oħra:
- Mill-ġimgħa d-dieħla, ħdejn il-bibien tal-knisja jitqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
- Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li dan l-aħħar żmien marru joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbukom tgħarrfuna bihom biex bħala parroċċa nkunu nistgħu nikkuntattjawhom u nżuruhom għall-festa.
- Erba’ ġimgħat oħra niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija. Ġranet li tajjeb nieħdu nota tagħhom biex nattendu huma:
- L-Erbgħa 30/07 ser issir il-Mixja tal-Festa, din is-sena lejn il-kappella tal-Madonna tal-Providenza, is-Siġġiewi.
- Il-Ġimgħa 1/08 nibdew il-kwindiċina tal-festa b’nofs ta’ nhar adorazzjoni fil-Knisja filgħodu. Filgħaxija, nieħdu sehem flimkien f’ċelebrazzjoni tal-Ġublew fil-Katidral tal-Imdina b’quddiesa li tibda fis-7.00pm. Il-parroċċa se tipprovdi trasport b’xejn għal kulħadd lejn l-Imdina u lura li jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.15pm. Meħtieġ biss li wieħed jinkiteb għat-trasport fis-sagristija, fejn qed issir ukoll kitba għall-attivitajiet l-oħra li qed ninfurmawkom dwarhom.
- Is-Sibt 2/08, qed nistiednu lid-Dinglin kollha ningħaqdu ma’ Marija Assunta għal quddiesa fis-6:30pm li se tiġi ċċelebrata fil-knisja u wara nilqgħu l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier. Dakinhar issir quddiesa waħda filgħaxija. Wara nistednukom nibqgħu flimkien għall-Ikla tal-Festa, fil-pjazza ħdejn il-knisja.
- Il-Ġimgħa 15/08 ser isir il-Pellegrinaġġ tal-Muturi bis-sewwieqa jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr fid-9.30am biex fl-9:45am jitilqu lejn Ħad-Dingli.
- Nhar is-Sibt 6/9, fil-weekend tal-Vitorja, se norganizzaw ġita ta’ ġurnata għal Sqallija bi programm interessanti u f’postijiet li ma żorniex drabi oħra qabel. Programm bid-dettalji jista’ jinġabar minn ħdejn il-bibien tal-Knisja jew minn fuq il-mejda tal-offerti. Aktar dettalji u booking mis-sagristija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 35 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ Carmel Micallef li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta