avvizi parrocca

Avviżi – 27.07.2025

Avviżi – 27.07.2025  –  Is-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Erbgħa 30/07:
    • Fis-7.00pm tibda l-Mixja tal-Festa minn ħdejn il-Knisja Arċipretali sal-kappella tal-Madonna tal-Providenza, fis-Siġġiewi. Wara jkollna trasport lura lejn Ħad-Dingli. Inħeġġukom tattendu, b’dawk li ġejjin għandhom jinkitbu fis-sagristija.
  2. Il-Ġimgħa 01/08, nagħtu bidu għall-Kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija:
    • Filgħodu, mit-8.00 sa nofsinhar ikollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għall-adorazzjoni fil-Knisja. Fid-9.00 se jmexxi siegħa ta’ adorazzjoni organizzata s-Superjur Joe Fenech. Filgħodu wkoll isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom.
    • Filgħaxija qed nagħmlu stedina lil kulħadd biex nieħdu sehem flimkien f’ċelebrazzjoni tal-bidu tal-Kwindiċina li fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama ser issir fil-Katidral tal-Imdina b’quddiesa li tibda fis-7.00pm.
    • Il-parroċċa qed tipprovdi trasport mingħajr ħlas għal kulħadd li jitlaq fis-6.15pm minn ħdejn l-għassa. Tistgħu tinkitbu għat-trasport fis-sagristija.
  3. Is-Sibt 02/08, isir il-ħruġ min-niċċa tal-istatwa ta’ Santa Marija.
    • Filgħaxija jkollna quddiesa waħda li tibda fis-6.30pm. Dakinhar mistiedna nkunu flimkien bħala komunita’ parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Il-quddiesa se titmexxa mill-Arċipriet taż-Żebbuġ, Għawdex, il-Kan. Ġwann Sultana. Wara nilqgħu l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier tal-Knisja.
    • Għall-ħabta tat-8.30pm, il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza l-Ikla tal-Festa fil-Pjazza ħdejn il-Knisja. Biljetti mis-sagristija jew kif avżat fil-paġna tal-facebook Festa Santa Marija – Ħad-Dingli.
  4. Il-Ħadd 03/08, isir il-Pelleggrinaġġ tar-Roti għat-Tfal u nitolbu għall-isportivi tar-raħal tagħna.
    • Fid-9.15am, it-tfal huma mistiedna jinġabru ħdejn il-Knisja Arċipretali bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa.
    • Fid-9:30am tibda quddiedsa għat-tfal u għall-komunita’ sportiva tar-raħal, kemm dawk li jipprattikaw xi sport kif ukoll dawk li jsegwu l-isport. Wara jsir it-tberik u tluq ta’ pellegrinaġġ bir-roti li jintemm ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar.
    • Il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  5. Avviżi oħra:
    • Fejn il-bibien tal-knisja tqiegħdu kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
    • Fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ souvernirs tal-festa ta’ Santa Marija fosthom t-shirts għal kull eta’ u pavaljuni għall-gallariji.
    • Jekk għandkom xi familjari jew tafu b’xi parruċċani li joqgħodu f’xi residenza għall-anzjani, nitolbuko tgħarrfuna bihom biex inżuruhom bħala Parroċċa, permezz tal-Kummissjoni Djakonija.
    • Il-Ħamis 07/08, ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Trasport jitlaq fit-8.00am minn Ħad-Dingli. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.
    • Il-Ħamis 14/08, fid-9.30am ser issir il-quddiesa għall-anzjani fl-okkażjoni tal-festa. Jekk hawn anzjani li jixtiequ jattendu u jeħtieġu trasport, għandhom jinkitbu mill-aktar fis id-Day Centre li f’isem il-Kunsill Lokali qed jikkoordina l-arranġamenti għat-trasport, anke ta’ min hu fil-wheelchair.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 100 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  7. Nitolbu għal Rose Doherty u Carmela Abela li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.