Avviżi – 03.08.2025 – It-18-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 03/08:
- Il-quddiesa tad-9.30am se tlaqqa’ flimkien lil dawk li jipprattikaw xi sport u dawk li jsegwu l-isport. Jattendu wkoll it-tfal li wara jkollhom il-pellegrinaġġ bir-roti.
- It-Tnejn 04/08:
- Il-quddiesa tas-6.30 p.m. ser issir f’Misraħ Frenċ Abela minflok fil-knisja u se tkun b’tifkira mit-twaqqif tal-banda Santa Marija.
- It-Tlieta 05/08:
- Fil-5.30pm nistiednu lit-tfal jinġabru f’Misraħ Frenċ Abela minn fejn jimxu f’korteo wara statwa ta’ Santa Marija. Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal kollha fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Wara l-quddiesa, attivita’ rikreattiva għat-tfal li jattendu.
- L-Erbgħa 06/08:
- Il-quddiesa tas-6.30pm se tkun animata mil-Leġjun ta’ Marija u fit-8.00pm nistiednu lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ jinġabru fil-Knisja għal quddiesa fl-okkażjoni tal-festa. Wara se tiġi organizzata attivita’ soċjali għalihom fl-Oratorju Salesjan.
- Il-Ħamis 07/08:
- Ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Trasport jitlaq minn ħdejn l-għassa fit-8.00 a.m. Kitba għand il-membri tal-fund-raising sal-Erbgħa f’nofsinhar.
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fejn nitolbu b’mod speċjali għall-familji u l-parroċċa tagħna.
- Il-Ġimgħa 08/08:
- Fil-quddiesa ta’ filgħaxija ssir il-vestizzjoni ta’ abbatini ġodda.
- Is-Sibt 09/08:
- Qed nistiednu lil kulħadd għall-quddiesa tas-6.30 p.m. fejn se niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Dakinhar issir preżentazzjoni u inawgurazzjoni ta’ xogħol li sar fil-Knisja fl-aħħar sena. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien fil-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja b’apprezzament għall-kontribut ta’ kulħadd biex seta’ jsir dan ix-xogħol kollu.
- Il-Ħadd 10/08:
- Ikollna żewġ inizjattivi ta’ solidarjetà li se nieħdu fi żmien il-festa:
- Il-ġbir li jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġej ikun l-għotja ta’ karita’ tal-parroċċa għal żmien il-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Caritas Malta.
- Mit-8.30am sas-1.00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Il-karta tal-identità meħtieġa.
- Ikollna żewġ inizjattivi ta’ solidarjetà li se nieħdu fi żmien il-festa:
- Avviżi oħra:
- Il-programmi tal-festa tqassmu f’kull dar. Inħeġġukom taqraw l-artikli, issegwu l-programm u tattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet organizzati. Min-nhar it-Tlieta, il-kolletturi tal-parroċċa se jduru d-djar jiġbru l-offerta għall-festa ta’ ġewwa fl-envelope li tqassam mal-programm. Min ma jkunx id-dar, jista’ jħalli l-envelope il-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
- L-Arċipriet qed jilqa’ offerti mingħand għaqdiet u individwi għall-bukketti ta’ imħabba lil Santa Marija. L-offerti ser imorru għax-xiri tal-fjuri għal madwar l-istatwa u l-knisja u għal spejjeż oħra relatati mal-festa fil-knisja.
- Sal-Ħadd li ġej, 10/08, ħdejn il-bibien tal-knisja hemm kaxxi biex inġibu affarijiet ta’ preserves u ta’ iġene biex fi żmien il-festa jingħataw bħala għajnuna lill-persuni fil-bżonn.
- Il-Ġimgħa 15/08 – Isir il-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. Is-sewwieqa tal-muturi jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Imġarr fid-9.15 a.m. biex fl-9.45 a.m. jitlaq il-pellegrinaġġ.
- Fis-sagristija qed jintlaqgħu bookings għall-ġurnata Sqallija li se norganizzaw is-Sibt 6/9.
- Minn fuq iz-zuntier tal-knisja għandna għall-bejgħ t-shirts tal-festa, pavaljuni u banners għall-gallariji, u xbieha ta’ Santa Marija fuq it-tila.
- Matul din il-ġimgħa daħlu: €140 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-Knisja.
- Nitolbu għal Anthony Abela u Michael Portelli li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta