Avviżi – 31.08.2025 – It-22 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Il-Ħamis 04/09:
- Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-knisja.
- Il-Ġimgħa 05/09 – L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fis-5:45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Il-Ħadd 07/09:
- Ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
- It-Tnejn 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Il-Bambina:
- Il-ħin tal-quddiesa fil-parroċċa tagħna jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa imma tiżdied quddiesa fit-8.30am.
- Filgħaxija ser norganizzaw transport għall-festa tal-Vitorja tal-Mellieħa. It-trasport jitlaq fis-6:00pm minn ħdejn l-għassa. Min hu mħajjar jinkiteb fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
- Il-Ġimgħa 12/09:
- Fis-7.15pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla u ikel Malti, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 10 bħala donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
Ikkummenta