avvizi parrocca

Avviżi – 07.09.2025

Avviżi – 07.09.2025  –  It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tnejn 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Il-Bambina.
    • Il-ħin tal-quddiesa fil-parroċċa tagħna jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa, u tiżdied quddiesa fit-8:30am.
    • Filgħaxija ser norganizzaw transport għall-festa tal-Vitorja tal-Mellieħa. It-trasport jitlaq fis-6:00pm minn ħdejn l-għassa.
  2. Il-Ħamis 11/09:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 12/09:
    • Fis-7.00pm – Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla u ikel Malti, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.
  4. Il-Ħadd 14/09, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib u Jum l-Art Imqaddsa:
    • Il-ġbir fil-quddies ikun b’riżq il-ħidma tal-Patrijiet Franġiskani fl-Art Imqaddsa fejn huma impenjati fil-ħarsien tal-postijiet sagri.
    • Il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli.
  5. Il-Ġimgħa 19/09, se norganizzaw JESUS FEST:
    • Qed nagħmlu stedina lit-tfal kollha biex fis-6.30pm jieħdu sehem f’quddiesa ta’ għeluq is-sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Wara jkollna logħob u ikel għalihom.
  6. Avviżi oħra:
    • Dawk il-ġenituri li jixtiequ ritratt ta’ tifkira tal-preżentazzjoni tat-trabi tagħhom lil Santa Marija fil-festa li għaddiet u anke fi snin ta’ qabel jistgħu jikkuntattjaw lill-Arċipriet.
    • Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ser isir il-ftuħ tas-sena tad-duttrina tat-tfal kollha li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa tagħna. Ġenituri li għandhom uliedhom għall-klassijiet tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma għandhom jirreġistraw lil uliedhom. Ir-reġistrazzjoni ssir billi jitolbu 2 formoli mingħand is-Superjuri u wara li jimlewhom jehmżu ċ-ċertifikat tal-Magħmudija li jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-knisja fejn irċevew dan is-sagrament u jgħaddu kollox lis-Superjuri mill-aktar fis. Dawk li ser ikun hemm xi tibdil fejn jattendu d-duttrina, mitluba jinfurmaw lis-superjuri wkoll.
    • Il-Formoli tar-Reġistrazzjoni jistgħu jinġabru f’dawn il-jiem:
      • mill-M.U.S.E.U.M. tas-Subien:
        • Il-Ħamis 04/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm.
        • Il-Ħamis 11/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm.
        • It-Tnejn 15/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm;
        • Il-Ħamis 18/09 – bejn il-5:00pm u s-6:00pm;
      • mill-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet:
        • It-Tlieta 09/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
        • Il-Ġimgħa 12/09 – bejn is-6:00pm u t-8:00pm.
    • Jekk ikun hemm min għandu xi diffikultà jkun jista’ jagħmel appuntament f’ħin ieħor.
    • Dettalji oħra dwar meta ser ikunu l-jiem u l-ħinijiet tad-duttrina jinkisbu mingħand is-Superjuri u l-paġni ta’ facebook tal-M.U.S.E.U.M.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 70 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  8. Nitolbu għal ruħ Carlo Micallef li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.