avvizi parrocca

Avviżi – 14.09.2025

Avviżi – 14.09.2025  –  Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib

  1. Illum 14/09, il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli b’dan il-programm:
    • Fil-kwartieri tal-Girl Guides hemm wirja dwar Francis Ebejer;
    • fis-6.30pm jibda marċ mill-banda ta’ Ħad-Dingli; u
    • fis-7.00pm serata mużiko-letterarja fi Triq is-Sienja.
  2. Il-Ġimgħa 19/09, se norganizzaw JESUS FEST:
    • Qed nagħmlu stedina lit-tfal kollha u l-familjari tagħhom biex fis-6.30pm jieħdu sehem f’quddiesa ta’ għeluq is-sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Wara jkollna logħob u ikel għalihom. Booking għall-ikel mis-sagristija jew għand il-membri tal-Kummissjoni Tfal.
  3. Il-Ħadd 21/09, ikun Jum l-Art Imqaddsa:
    • Il-ġbir fil-quddiesa ikun b’risq il-ħidma tal-Patrijiet Franġiskani hemmhekk u l-impenn tagħhom għall-ħarsien tal-postijiet sagri marbuta mal-ħajja ta’ Ġesu’.
  4. Avviżi oħra:
    • Minn għada t-Tnejn 15/09, is-seminaristi jibdew irtir ta’ ġimgħa li jagħti bidu għal sena oħra ta’ formazzjoni. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom, b’mod speċjali lil Daniel Abela mill-parroċċa tagħna li għadu kif temm is-sena intermedjarja u se jibda l-5 sena.
    • Il-Ġimgħa 26/09, l-Għaqda tal-Kompensatriċi se torganizza Pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaskala. Min hu interessat jattendi jista’ jikseb aktar tagħrif u jinkiteb fis-sagristija.
    • Infakkar lil dawk il-ġenituri li jixtiequ r-ritratti tal-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija fil-festa li għaddiet u anke ta’ snin ta’ qabel, biex jikkuntattjaw lill-Arċipriet ħalli jiġbruhom.
    • Ġenituri li għandhom ’l uliedhom li ser jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2026), għandhom jieħdu l-Formoli tar-Reġistrazzjoni u ċ-Ċertifikati tal-Magħmudija ta’ wliedhom il-M.U.S.E.U.M. Dettalji oħra dwar meta ser ikunu l-jiem u l-ħinijiet tad-duttrina jinkisbu mingħand is-Superjuri u mill-paġni ta’ facebook tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. ta’ Ħad-Dingli.
    • Nirringrazzjaw lil dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-liturġija b’mod speċjali bħala letturi, animaturi u dawk li jmexxu l-kant fil-quddies. Xtaqt inħeġġeġ nies ġodda biex jibdew jagħtu sehemhom f’dawn l-aspetti importanti tal-parroċċa, kemm fil-quddiesa tal-Ħadd kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa. Dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet.
    • Tlesta x-xogħol fuq it-tielet fażi ta’ bdil ta’ kaptelli tal-oqbra tal-komun fiċ-ċimiterju tal-parroċċa. Nirringrazzjaw lil min għamel ix-xogħol u lil min għen b’donazzjonijiet. B’hekk fuq 3 snin lestejna l-bdil ta’ tliet kwarti tal-kaptelli. Bil-għajnuna ta’ Alla, ir-raba’ u l-aħħar fażi ssir is-sena d-dieħla.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 690 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.