Avviżi – 21.09.2025 – Il-25 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Il-Ħamis 25/09:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ħadd 28/09:
- Fid-9.30am – Quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola biex nagħmlu talba tal-barka fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Mistiedna wkoll l-għalliema li jagħtu servizz Ħad-Dingli jew joqgħodu fil-parroċċa tagħna.
- Avviżi oħra:
- Il-Ġimgħa 26/09 l-Għaqda tal-Kompensatriċi Nazzjonali ser torganizza Pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaskala. Aktar dettalji u booking fis-sagristija sa’ nhar it-Tlieta.
- Mit-Tlieta 30/09, il-Grupp tan-Nisa “Magnificat” ser jerġa’ jibda jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan il-grupp huwa miftuħ għan-nisa kollha: miżżewġa, romol u xebbiet b’opportunità ta’ tagħlim u rikreazzjoni. L-ewwel laqgħa tal-grupp se tkun ħarġa b’dawra fuq il-baħar tal-Port il-Kbir. Aktar dettalji mill-membri tal-kumitat jew fin-notice boards.
- Il-Knisja tiddedika x-xahar id-dieħel lir-Rużarju. Inħeġġu b’mod speċjali biex din it-talba tingħad fil-familji tagħna. F’Ottubru r-Rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7:30am u fis-6.00pm quddiem Ġesù Sagramentat. Se jingħad ukoll f’żoni differenti b’inizjattiva tal-Leġjun ta’ Marija.
- Il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-parroċċa tagħna se tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt 04/10:
- Fl-4.00pm – Nitolbu t-talba tal-Għasar;
- Fl-4.30pm – Quddiesa bis-sehem tal-abbatini u l-fratelli u animata mill-Kor ‘Regina Coeli’ li fiha jitbierku l-kuruni.
- Fil-5.15p.m. – nieħdu sehem flimkien fit-talba tar-Rużarju waqt li nimxu f’purċissjoni wara l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Lura fil-Knisja, tingħata l-Barka Sagramentali.
- Il-quddiesa tas-6.30pm se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju, Monsinjur Joseph Galea Curmi, u fiha jitfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-GRUFAN, il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja. Il-membri u dawk li f’xi żmien kienu parti mill-grupp huma mistiedna jattendu.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 85 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom.
Ikkummenta