avvizi parrocca

Avviżi – 28.09.2025

Avviżi – 28.09.2025  –  Is-26 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 28/09:
    • Wara l-quddiesa tat-8.00, tad-9.30 u tal-11.00am, minn fuq iz-zuntier ser ikollna bejgħ ta’ doughnuts mill-Kummissjoni Tfal.
    • Fid-9.30am – Quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal kollha biex jiġu bil-basktijiet tal-iskola biex nagħmlu talba tal-barka fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Mistiedna wkoll l-għalliema li jagħtu servizz Ħad-Dingli jew joqgħodu fil-parroċċa tagħna.
  2. It-Tnejn 29/09:
    • Fis-5.45pm – Il-M.U.S.E.U.M. tas-subien qed jorganizza laqgħa tal-klassi tal-Ewwel Tqarbina indirizzata lill-ġenituri flimkien ma’ wliedhom.
  3. It-Tlieta 30/09:
    • Jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. L-ewwel laqgħa se tkun ħarġa li se tieħu l-forma ta’ dawra fuq il-baħar mal-Port il-Kbir. Aktar dettalji mill-membri tal-kumitat jew fin-noticeboards. Tluq fid-9.00am minn fejn l-għassa.
    • Fis-7.15pm jitlaqqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  4. Il-Ħamis 02/10:
    • Fis-6.30pm – Quddiesa tal-bidu tas-sena tad-duttrina għat-tfal u l-katekisti fil-knisja.
  5. Il-Ġimgħa 03/10, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Dan ix-xahar it-tqarbin tal-morda fi djarhom ser issir fit-tieni ġimgħa: jiġifieri l-Ġimgħa 10/10;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna qrar fil-knisja;
    • Fil-5.00pm jingħad rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi Sqaq numru 2, fi Triq ir-Rabat. Ir-residenti mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fil-MUSEUM tas-subien għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
  6. Is-Sibt 04/10, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju:
    • Fl-4.00 pm nitolbu t-talba tal-Għasar. Fl-4.30, l-Arċipriet jiċċelebra l-quddiesa tal-festa li fiha jsir it-tberik tal-kuruni. Għall-ħabta tal-5.15 toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġużé Abela, Għar Bittija, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fi tmiem, tingħata l-Barka Sagramentali. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem flimkien bħala familja kemm fil-quddiesa u anke fil-purċissjoni.
    • Fis-6:30pm – Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju, Mons. Joseph Galea Curmi, li fiha nfakkru l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp Familji Nsara Sagra Familja fil-parroċċa tagħna. Il-membri u dawk li f’xi żmien kienu parti mill-grupp huma mistiedna jattendu.
  7. Avviżi oħra:
    • Wara sejħa għall-offerti, intgħażlet il-kumpanija li se tinstalla lift ġdid fiċ-Ċentru Parrokkjali biex b’hekk il-binja kollha tkun aċċessibbli għal kulħadd. Ix-xogħol għandu jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla. L-ispiża kollha tal-installazzjoni tal-lift u xogħol ieħor relatat fil-ġebla, tibjid u elettriku se tkun madwar € 60,000, li terz minnha se titħallas minn skema ta’ fondi pubbliċi u l-kumplament minn fondi tal-parroċċa.  Għalhekk, għalissa l-ġabra speċjali ta’ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar, nibdew mill-Ħadd li ġej 05/10 se tkun ddedikata għal-lift taċ-Ċentru.  Qed jintlaqgħu wkoll għand l-Arċipriet jew fl-Uffiċċju Parrokkjali donazzjonijiet personali/privati għal dan il-proġett.  Fl-istess waqt se jkomplu jintlaqgħu donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-Knisja fejn ix-xogħol f’dan ir-rigward se jibqa’ għaddej, għalissa fuq il-bjut u s-sena d-dieħla fil-korsija. Nirringrazzjawkom ħafna tal-koperazzjoni.
  8. Mit-Tnejn 06/10 sal-Ġimgħa 10/10 jkollna l-Ġimgħa Familja:
    • Kuljum fis-7:00 pm isiru laqgħat ta’ formazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inħeġġeġ lill-koppji miżżewġa u lill-għarajjes iħallu dawn il-ġranet filgħaxija liberi minn impenji biex jattendu għax dan hu investiment ieħor li nkunu qed nagħmlu fil-familja tagħna. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Aktar dettalji dwar dawn il-laqgħat fil-programm li tistgħu tieħdu intom u ħerġin minn fejn il-bibien tal-knisja.
  9. Il-Ħadd 12/10:
    • Mid-9.30am sa’ 12.00pm – Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2026. Jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd hemmhekk stess.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 650 fil-ġabra għall-Art Imqaddsa; u
    • € 30 f’donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  11. Nitolbu għal Pietru Azzopardi li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.