Avviżi – 05.10.2025 – Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Fil-parroċċa tagħna tajna bidu għal Ġimgħa Familja. Mit-Tnejn 6/10 sal-Ġimgħa 10/10:
- Fis-7.00pm jkollna laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna rridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali u kelliema ta’ esperjenza. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Aktar dettalji fil-programm li jista’ jinġabar minn fejn il-bibien tal-knisja u fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- It-Tlieta 07/10:
- Fid-9.00am tiġi ċċelebrata quddiesa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali u wara nkomplu b’attività soċjali.
- Il-Ġimgħa 10/10:
- Fil-5.00pm jingħad Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fil-ġnien ta’ Misraħ Santa Duminka. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
- Il-Ħadd 12/10:
- Mid-9.30am sa 12.00pm isir seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2026. Ikollhom ukoll il-quddiesa tal-Ħadd.
- Avviżi oħra:
- Is-Sibt 11 u l-Ħadd 12/10 ser ikollna magħna lil xi voluntiera ta’ Hospice Malta li wara l-quddiesa ser ikunu qed jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-knisja biex ikomplu jipprovdu s-servizzi b’xejn fil-komunità u biex jinawguraw is-servizzi in-patient fil-kumpless il-ġdid: Saint Michael Hospice f’Santa Venera.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 170 f’donazzjonijiet għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Grazzi.
- Nitolbu għal Clementina Sultana li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
Ikkummenta