avvizi parrocca

Avviżi – 12.10.2025

Avviżi – 12.10.2025  –  It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tlieta 14/10:
    • Fid-9:30am – Laqgħa organizzata mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-kelliema tkun is-Sinjura Janice Darmanin li ser titratta s-suġġett: L-Irwol tan-Nanniet fil-familja fid-dinja ta’ llum.
  2. Il-Ħamis 16/10:
    • Fis-7:15pm – Laqgħa mal-Arċipriet fil-Museum tas-Subien għall-Ġenituri u l-Parrini tal-Adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma.
  3. Il-Ġimgħa 17/10:
    • Fil-5:00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi Triq il-Kbira, fejn il-Monument ta’ Francis Ebejer.
  4. Is-Sibt 18/10:
    • Fl-4:30pm – Quddiesa u wara ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  5. Il-Ħadd 19/10, Jum il-Missjoni:
    • L-offerta tal-quddies tkun bil-għan li nipprovdu għajnuna finanzjarja lill-Missjunarji biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni u karità. Infakkru wkoll li rċevejtu bil-posta envelops apposta. Tistgħu tibgħatu l-offerta tagħkom lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu l-envelope bid-donazzjonijiet mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-jiem inżommu f’talba lill-missjunarji Maltin, fosthom Dun George Scerri mill-parroċċa tagħna li jinsab il-Peru’.
  6. Avviżi oħra:
    • Infakkar li ħdejn il-bibien tal-knisja għandna xi voluntiera ta’ Hospice Malta li wara l-quddiesa ser ikunu qed jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-knisja biex ikomplu jipprovdu s-servizzi b’xejn fil-komunità u biex jinawguraw is-servizzi in-patient fil-kumpless il-ġdid: Saint Michael Hospice f’Santa Venera. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi u grazzi bil-quddiem.
    • Infakkar li fadal ġimgħa ċans biex tieħdu sehem fil-kompetizzjoni tad-drawing book: il-Festa tagħna. Id-dettalji dwar il-kompetizzjoni jinstabu kollha fil-poster ta’ facebook tal-parroċċa. Ibdew għadduhom lili, jew lil-katekisti jew il-membri tal-kummissjoni tfal.
    • Għandna l-ħsieb li nibdew niġbru l-Ircevuti tal-Vat ħalli nibgħatuhom għal-Lotterija tal-Irċevuti Fiskali li titla’ kull xahar. Għaldaqstant ser ikollna kaxxa apposta fuq il-mejda tal-offerti biex tkunu tistgħu tagħmlu dan.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 750 bħala ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-lift fiċ-Ċentru;
    • € 65 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Salvu Fenech li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.